Reference: Volume 45C (1961), Part No. 2, Section , Page 680

Judgement Details


Date
17/06/1961
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
LOUIS VINCENTI NE. ET. vs CARMELO MICALLEF
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"DAMNUM EMERGENS" - "LUCRUM CESSANS" - ART. 782(B) U 791 TAL-KAP. 15 - AZZJONI - DANNI - DIZABILITAZZJONI - INTERESS - KOLLIZJONI - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI - MARA - RIGALI - TRAFFIKU
Summary
F'kaz fejn jintalab il-hlas ta' danni kagunati minn investiment li fih tigi korruta mara mizzewga, il-mara ghandha nteress fid-dikjarazzjoni tar-responsabbilita' tal-konvenut li nvestiha, u r-ragel ghandu nteress fil-kwalita' tieghu ta' kap tal-komunjoni tal-akkwisti ghad-danni kagunati mill-att tal-konvenut, u li huma dovuti lill-komunjoni tal-akkwisti. Ghaldaqstant l-azzjoni esperita mill-marabil-kunsens ta' zewgha u flimkien mieghu bhala kap tal-komunjoni hija proposta sewwa, u mhix accettabbli l-eccezzjoni li f'dak il-gudizzju l-mara ma ghandhiex kapacita li tidher. Il-mizura tad-dannidovuti ghal delitt jew kwazi-delitt tikkonsisti fil-perdita effettiva li l-att ikun nissel mieghu lill-parti danneggjata, fl-ispejjez li d-danneggjat tkun inkorra in konsegwenza tal-istess hsara, fil-perdita effettiva, tal-paga jew qliegh iehor, u fit-telf ta' qliegh futur, li jitnisslu mhabba nkapacita' totali jew parzjali li l-att ikun ikkaguna. Jekk il-parti danneggjata tircievi xi servizz bipjacir minn ghand terza persuna in konnessjoni mal-incident, u dik it-terza persuna ma tkunx trid tithallas u l-parti danneggjata tpattihulha billi taghtiha rigal, hija ma ghandhiex dritt titlob minnghand id-danneggjant il-flus li jkun nefaq biex akkwista dak ir-rigal. Hekk ukoll ma ghandhiex dritt minn ghand id-danneggjant ghal flus li tkun nefqet biex xtrat xi oggetti li tkun tghat bhala rigallin-nurses u personal iehor tal-isptar, u tips "buona mano", b'titolu ta' gratitudini. Imma huma rikuperabbli minn ghand id-danneggjant l-ispejjez li jigu nkorsi fil-viziti li jsiru lill-persuna korruta fl-isptar, u fl-ikel u sustanzi li jittiehdu f'dawk il-viziti lill-istess pazjent. Hekk ukollhuma rimborzabbli l-flus i jithallsu lil seftura, in aggunta ghas-salarju taghha, minhabba x-xogholaddizjonali li d-degenza tal-pazjent fl-isptar titfa' fuqha. Kwantu ghad-danni minhabba nkapacita'permanenti, sew totali sew parzjali, skond il-kaz li jkun, tinghata somma li ma ghandhiex tissupera£1200, determinabbli mill-Qorti fl-arbitriju diskrezzjonali taghha skond ic-cirkustanzi tal-kaz, ix-xorta u grad tal-inkapacita', u l-kondizzjoni tal-parti danneggjata. U mhix raguni li teskludi lid-dannejgjat minn din is-somma dik li l-persuna korruta hija mara li mhix "bread winner", li hija semplici mara tad-dar ta' ceto socjali tali li normalment iggi seftura biex tassistiha fix-xoghol domestiku taghha, u li probabbilment jekk tormol, ma jkollhiex bzonn timpjega ruhha, jew li qeghdha tajjenfinanzjarjament, jew li ma jkollhiex bzonn ta' kura u medikamenti kontinwati. Il-ligi ma tiddistingwix bejn danneggjat fakoltuz u danneggjat fqir.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info