Referenza: Volum 45C (1961), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 574

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/03/1961
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
FRANK GABRIELE NE vs JOSEPH GRIMA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 7, 5, U 640 (A) TAL-KAP. 17 - ATT TA' KUMMERC - KOMPETENZA - XIRI TA` KARROZZA
Fil-Qosor
Il-prezunzjoni hija illi huwa att kummercjali kwalunkwe att li jaghmel kummercjant, meta mill-att stess ma jkunx jidher lil-att ma ghandux x'jaqsam mal-kummerc; u huma ta` natura kummercjali l-kontroversji relattiv ghall-obligazzjonijiet u kuntratti bejn kummercjanti, jekk l-att ma jidherx mill-attfih innifsu li l-affari hija prettament civili. L-attijiet obbjettivi tal-kummerc jiddistingwu ruhhom essenzjalment mill-attjiiet soggettivi; in kwantu l-att oggettiv tal-kummerc jattribuwixxi l-kwalita` ta` kummercjant lil kull min jaghmlu professjonalment, mentri l-att soggettiv jippresupponi f'min jaghmlu l-professjoni ta` kummercjant. Hekk xiri ta`karrozza minn kummercjant ghall-uzu teighu personali u tal-familja teighu, anki jekk isservih biex biha jmur mid-dar ghas-sede tal-kummerc teighu, u avvolja hu kummercjant, hija operazzjoni ta` natura prettament civili




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni