Referenza: Volum 73 (1989), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 338

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/05/1989
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
CARMELO MALLIA ET vs ANDREW BEZZINA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RAPPREZENTANZA TA' EREDITA' GJACENTI - RAPPREZENTANZA TA' PERSUNI MHUX MAGHRUFA - SINE DIE - SOPRASESSJONI - SOSPENSJONI TA' KAWZA
Fil-Qosor
Provvediment li bih il-Qorti tordna s-soprassessjoni f'kawza huwa digriet interlokutorju. Isegwi ghalhekk li tali digriet interlokutorju huwa appellabbli bhal kwalunkwe digriet interlokutorju iehor.Is-soprasessjoni huwa rimedju straordinarju li l-Qorti ghandha tirrkorri ghalih biss meta hu mehtieg fl-interess ta' l-amministrazzjoni tal-gustizzja x'hin tinqala' xi kwistjoni delikata u gdida li d-decizjoni taghha tinfluwixxi sostanzjalment fuq l-ezitu tal-kawza jew minhabba n-natura guridika taghha ma jkunx konvenjenti li tigi ezaminata u deciza f'kawza ohra separata li tkun trid tigi proposta separatament. Il-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili jipprovdi ghar-rapprezentanza ta'persuni mhux maghrufa li jistghu jkunu kjamati ghall-wirt, u jipprovdi wkoll ghar-rapprezentanza ta'eredita' gjacenti. Jista' jipprospetta ruhu l-kaz jew li l-eredita' tkun gjacenti u allura r-rapprezentanza taghha ssir indipendentement mill-fatt jekk l-eredi humiex maghrufa je le, jew li l-eredita' ma tkunx gjacenti u allura ghandhom jigu mharrkin l-eredi li jkunu maghrufa u rapprezentati dawkmhux maghrufa. Iz-zewg ipotesijiet flimkien ma joqoghdux.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni