Reference: Volume 45C (1961), Part No. 1, Section 2, Page 487

Judgement Details


Date
27/11/1961
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
JOHN J. BORG vs PAOLO MIFSUD NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AGENT TAL-VAPUR - KLAWSOLI TA' EZONERU - KONSENJA TAL-MERKANZIJA - POLZA TA` KARIKU - RAKKOMANDATARJU
Summary
Bhala regola, meta l-iskarikazzjoni tal-merkanzija minn fuq il-vapur issir a kura tal-agent tal-kaptan, dan jibqa' responsabbli sal-mument tal-effettiva rikonsenja lid-destinatarju, jew sad-depozitu tal-merkanzija fil-kazijiet kontemplati mill-ligi; u ghalhekk hu jirrispondi ghat-telf u ghan-nuqqas,u anki ghas-serq, li jistghu jivverifikaw ruhhom fil-merkanzija anki fil-waqt li din tkun fuq il-braken jew fuq il-bankina, u anki wara li tkun giet depozitata fid-Dwana u tkun qeghdha hemm, sakemm ma tkunx giet effettivament ikkonsenjata lid-destinatarju, ammenokke' hu ma jiffornixxix prova tal-kaz fortuwitu jew ta' forza magguri. Imma jista' jkun hemm klawsola fil-kuntratt ta' nolegg, jew fil-polza tal-kariku, li tezonera lil l-kaptan minn din ir-responsabbilta' malli l-merkanzija tigi konsenjata "sotto paranco", jew "at ship's side", jew "at ship's rails"; u klawsola simili, purke' ma tkunx kuntrarja ghal xi dispost ta' ligi ta' ordni publiku, u ma tivvulnerax l-essenza tal-kuntratt tan-nolegg, ghandha titqies valida. Ghaldaqstant, jekk ditta lokali tigi citata in rapprezentanza tal-vapur ghal danni verifikati fil-merkanzija, ir-responsabbilta' ta' dik id-ditta fil-kwalita' taghhata' rapprezentant tal-kaptan ticcessa malli l-merkanzija titnizzel minn abbord u tigi mqeghdha fuq il-bankina. Jekk mbghad dik id-ditta, li hi rakkomandatarja tal-vapur, tkompli tagixxi ghall-konsenja tal-merkanzija, tkun qeghdha tagixxi f'isimha proprju, bhala lokatrici d'opera u mandatarja tar-ricevituri; u kwindi din ir-responsabbilta' eventwali mhix meritu tal-kawza, billi d-ditta hija citatain rapprezentanza tal-vapur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info