Reference: Volume 41C (1957), Part No. 1, Section 1, Page 498

Judgement Details


Date
30/10/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
PUBLIO CACHIA vs FRANCIS CACHIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 1628(C) TAL-KODICI CIVILI - ART. 876 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - LOKAZZJONI - MANDAT TA` INIBIZZJONI - OBLIGAZZJONI "DI NON FARE" - SENTENZA
Summary
Ghall-hrug ta' mandat ta' inibizzjoni hu bizzejjed li l-Qorti, fl-apprezzament taghha, tkun sodisfatta li "prima facie" jkun jidher li min jitlob l-ispedizzjoni ta' dak il-mandat ikollu dritt li ghall-kawtela tieghu jkun mehtieg il-hrug tal-mandat, avvolja jista' talvolta, f'gudizzju "ad hoc", jirrizulta li fil-fatt hu ma jippossjedix dak id-dritt. L-obligu tal-lokatur li jiggarantixxi l-pacifikugodiment tal-fond lokat lill-konduttur huwa obligazzjoni generika li tikkomprendi diversi obligazzjonijiet specifici, fosthom dik li huwa jastjeni ruhu minn kull fatt li jiddisturba dan il-godiment pacifiku; u kwindi, f'kaz ta' otteniment ta' mandat ta' inibizzjoni mill-konduttur kontra l-lokatur li jkun ghamel xi att li jiddisturba dak il-godiment, ma hix attendibbli d-domanda tal-lokatur ghar-revoka ta' dak il-mandat fuq il-motiv li l-mandat ta' inibizzjoni jirrigwarda biss obligazzjoni "di non fare". Ghax appuntu l-iskop tal-konduttur ghall-otteniment tal-mandat hu dak li l-Qorti, bil-mandat, izzomm lill-lokatur milli jaghmel dak l-att in kwantu jimpedixxi dak il-godiment pacifiku. Pero', jekk tintalab biss ir-revoka tal-mandat ta' inibizzjoni fuq il-motiv li r-rikorrent ma kienx intitolat jottjeni l-hrug tal-mandat, il-Qorti ma tistghax tidhol definittavement fil-meritu tal-vertenza; ghax il-Qorti imissha tara biss jekk kienx hemm raguni "prima facie" biex jinhareg il-mandat. Huveru li, biex wiehed japprezza l-portata vera ta' sentenza, ikun hemm bzonn li wiehed jara l-motivi,li huma parti mis-sentenza. Imma mill-motivazzjonijiet tas-sentenza ma hemmx appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info