Referenza: Volum 41C (1957), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 477

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/10/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
LUIGIA FENECH vs GIUSEPPE FENECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1831 TAL-KODICI CIVILI - DONAZZJONI - NULLITA'
Fil-Qosor
Id-donazzjoni hija kuntratt li jissupponi necessarjament il-konkors tal-volonta' tad-donanti u tad-donatarju; u d-donazzjoni mhix perfetta minghajr l-accettazzjoni tad-donatarju; jigifieri minghajr l-akkordju ta' zewg volonta' - dik tad-donanti u l-ohra tad-donatarju - li jikkonvjenu dwar l-"idem placitum". Ghaldaqstant, jekk wiehed jircievi flus minn ghand persuna ohra, u jaccettahom minghajr majaf li baghtithomlu dik il-persuna l-ohra, u wisq anqas li kienet qeghedha tiddonahomlu dik il-persuna l-ohra, u dik il-persuna l-ohra ma mmanifestatx mieghu l-volonta' taghha li tiddonahomlu dik il-persuna l-ohra, u dik il-persuna l-ohra ma mmanifestatx mieghu l-volonta' taghha li tiddonahomlu, mahemmx donazzjoni; u ma tistghax dik il-persuna l-ohra tippretendi li ghamlitlu donazzjoni nulla, ghax ma jistghax ikun hemm nullita' ta' donazzjoni li ma tezistix. Fil-kaz prezenti, il-konvenut kienallega li kienu serqulu somma ta' £140 u l-attrici, ommu, b'sens ta' kommizerazzjoni, taghtu dik is-somma pero' hija bghatitlu dawk il-flus ma' persuna ohra, u din, fuq istruzzjonijiet taghha, qaltluli dawk kienu l-flus li kienu serqulu, u li kien baghthomlu l-kappillan, li kien ircevihom minn ghand il-persuna li kienet serqithom u riedet troddhomlu, u ma qaltlu xejn li kienet baghtithomlu ommu.In segwitu ommu agixxiet kontra tieghu biex huwa jirrestitwilha dawk il-flus, billi allegat li hija kienet ghamlitlu donazzjoni, u li din id-donazzjoni kienet nulla; izda l-Qorti zammet u qatghet lidonazzjoni ma kienx hemm, u li ma setghax jinghad li si trattava minn donazzjoni nulla, ghax ma jistghax ikun hemm nullita' ta' donazzjoni li ma tezistix.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni