Reference: Volume 41C (1957), Part No. 1, Section , Page 374

Judgement Details


Date
31/05/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
MARIA ANTONIO FARRUGIA vs CARMELO FENECH NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1373 (1) U 1367 (A) TAL-KODICI CIVILI - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI - LIKWIDAZZJONI - MARA - SELF
Summary
Self maghmul lil mara mizzewga bil-kunsens u assistenza ta' zewgha huwa a kariku tal-komunjoni tal-akkwisti, u r-ragel jirrispondi ghal dak id-dejn mhux biss bis-sehem tieghu mill-komunjoni tal-akkwisti, imma anki bil-beni tieghu proprji, mentri l-mara hija biss responsabbli sal-konkorrenza ta' sehemha mill-komunjoni tal-akkwisti. Ghaldaqstant, l-azzjoni tal-kreditur ghar-restituzzjoni ta' dak is-self, meta hija mressqa kontra dik il-mara u kontra l-eredita' gjacenti ta' zewgha, li kien mejjetmeta giet proposta l-istanza, hija istitwita sewwa; u xejn ma tiswa l-allegazzjoni li l-komunjoni hija passiva, ghax din l-allegazzjoni ma tinteressax l-istadju fejn tigi mitluba l-awtorizzazzjoni ghall-ezekuzzjoni tal-kuntratt tas-self, imma tista' jkollha importanza fl-istadju tal-ezekuzzjoni effettiva ta' dak il-kuntratt, fil-kaz li l-mara tigi msejha ghall-adempiment tal-obligazzjoni hemm kontenuta bil-beni taghha proprji oltre s-sehem taghha mill-komunjoni tal-akkwisti. U ladarba t-talba ghall-awtorizzazzjoni biex jigi ezegwit dak il-kuntratt ta' self hija diretta kontra l-mara u l-eredita' gjacenti ta' zewgha, u ghalhekk hi proposta bil-prezenza tal-interessati kollha, ebda ostakolu ma jista' jidderiva kontra dik it-talba mill-fatt li tkun ghadha ma saretx il-likwidazzjoni tal-akkwisti; billi dik il-likwidazzjoni, ghalkemm tal-volta necessarja fir-rapporti nterni tal-konvenuti, matistghax tfixkel u tirritarda l-azzjoni tal-kreditur biex jirreklama d-drittijiet tieghu; u konsegwentement mhix accettabbli l-eccezzjoni fis-sens li l-gudizzju mhuwiex ritwalment osservat ghax id-domanda tal-attur ghal dik l-awtorizzazzjoni ma gietx preceduta minn talba ghall-likwidazzjoni tal-assi socjali konjugali, debitur ta' dak is-self.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info