Reference: Volume 41C (1957), Part No. 1, Section , Page 616

Judgement Details


Date
08/03/1957
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
PAUL CAMILLERI ET. NE. vs PAOLO MIFSUD NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AGENT TA' VAPUR - KAPTAN - KLAWSOLA TAL-EZONERU - MERKANZIJA - POLZA TAL-KARIKU - VERANDA TAL-GVERN
Summary
Biex tigi stabbilita r-responsabbilta' tal-agent tal-vapur fil-kaz li l-merkanzija tigi nieqsa qabelma tigi konsenjata lid-destinatarju, jehtieg jigi ezaminat dak li gie pattwit mill-armatur fil-posttal-karikazzjoni, u ghalhekk ghandha tigi ezaminata l-polza tal-kariku. Jekk fil-polza tal-karikujkun hemm klawsola fis-sens li t-trasport tal-merkanzija tkun lesta ghall-iskarikazzjoni fl-istiva tal-vaur fil-port tal-iskarikazzjoni, ir-responsabbilta' tal-vapur tispicca f'dak il-mument, u l-iskarikazzjoni ssir akkont u ghar-riskju tar-ricevitur. Imma jekk dik il-klawsola tkun estiza fis-sensli tikkonferixxi lill-kaptan l-ghazla tal-impriza tal-izbark, u l-kaptan jaghzel lid-ditta rakkomandatarja tal-vapur biex taghmel dik l-iskarikazzjoni, id-ditta rakkomandatarja, meta nkarikat ruhha bl-izbark, ma kienitx qeghdha tagixxi f'isimha, imma ghan-nom tal-kaptan u b'mod li torbot il-vapur; uf'dan il-kaz ir-responsabbilta' tal-vapur tibqa' ssehh sakemm il-merkanzija tigi rittirata mir-ricevitur. Il-fatt li fil-polza tal-kariku jinghad illi l-izbark ghandu jsir "per conto e rischio dei ricevitori" jiswa bhala ezoneru tal-vapur mir-responsabbilta' imma mhux sal-pont li jeskludi l-htijatal-kaptan jew tal-impriza minnu nkarikata, u li ghaliha huwa responsabbli. Ghaldaqstant, jekk f'dawn il-kontingenzi l-merkanzija tigi nieqsa, u r-ricevitur ma jsibhiex meta jmur biex jirtiha, ghandujirrispondi l-vapur ghal dan in-nuqqas, bhala responsabbli ghall-operat tal-impriza minnu nkarikatabl-izbark; ammenokke' n-nuqqas tal-merkanzija ma jkunx avvera ruhu ruhu taht cirkustanzi li jeskludu kull htija tal-kaptan jew tal-impriza minnu mqabbda biex tiskarika l-merkanzija. Jekk pero' l-merkanzija tkun twasslet taht il-verandi tal-Gvern u mbghad naqset minn hemm, ma jistghax ragjonevolment jinghad li kien hemm htija mill-parti tad-ditta nkarikata; u allura topera dik il-klawsola tal-ezoneru; ghax f'dan il-kaz ma kienx hemm ebda negligenza tal-armaturi jew tal-kaptan, u lanqas tal-inkarikati tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info