Reference: Volume 43D (1959), Part No. 4, Section , Page 912

Judgement Details


Date
14/01/1959
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs JOSEPH ATTARD KINGSWELL ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 50, 53 U 54 TAL-KAP. 117 - GURNAL - LIBELL - SOSPENSJONI TA'L-GURNAL - SOSPENSJONI TAL-LICENZA TAL-ISTAMPATUR
Summary
Hu innegabbli illi l-licenza ta' stampatur hi inerenti ghall-istamperija, fis-sens illi l-licenzja hi appuntu ntiza biex wiehed izomm stamperija; pero' jibqa' dejjem li dik il-licenza tkun moghtija lill-pesuna li tkun it-titolar taghha. Hu ugwalment cert illi, dment li jkun hemm is-sospenzjoni tal-licenza tal-istampatur, ebda persuna, sew jekk tkun l-istess stampatur licenzjat sew jekk tkun ghalkollox estranea, ma tista' tkompli hija dik l-istamperija li ghaliha tkun tirriferixxi l-licenza hekk sospiza. Imma huwa wkoll inkontrovertibbli illi "qabel" ma jkun hemm, u "sabiex" tkun hemm, dawnl-effetti tas-sospensjoni "in rem", cjoe' fuq l-istamperija stess, ikun min ikun li juzaha, jehtiegli jkun hemm sospensjoni tal-licenza moghtija lill-istampatur. Ghalhekk, it-teorija korretta, radikata fuq id-dispozizzjonijiet rilevanti, tal-Ligi tal-Istampa, ghandha tkun dik li "qabel" ma tista'tkun kolpita l-istamperija "quoad omnes", b'mod li kull min juzaha fil-perijodu tas-sospensjoni jikser il-ligi, jehtieg li jkun kolpit dak li fil-mument rilevanti tal-ordni tas-sospensjoni jkun l-istampatur licenzjat biex jopera dik l-istamperija; jekk minfloku jkun kolpit hadd iehor, il-ligi ma hixsoddisfatta, ghaliex trid li, biex ikun hemm lok ghall-konsegwenzi "in rem" (impjant u makkinarju)kontemplati mill-ligi, ghandu jkun hemm "qabel" il-provvediment "in personam"; liema provvediment majistax jolqot lil hadd iehor hlief lil dak li, meta jinghata l-provvediment, ikun l-istampatur licenzjat. Ghaldaqstant, jekk l-istampatur licenzjat ta' gurnal jigi kundannat ghas-sospensjoni tal-licenza tieghu ta' stampatur u huwa jappella minn dik is-sentenza, u fil-mori tal-appell il-licenza tieghu tigi trasferita lil persuna ohra, u s-sentenza tal-appell tikkonferma l-ordni tas-sospensjoni tal-licenza tal-istampatur, l-istampatur licenzjat meta saret dik il-konferma kien it-titolar il-gdidtal-licenza, u mhux it-titolar ta' qabel li kien gie kundannat bis-sentenza tal-Ewwel Qorti, u l-licenza tal-istampatur il-gdid ma kienetx sospiza, u ghalhekk dan ma kiserx il-ligi meta hu kompla, wara l-konferma tal-Qorti tal-Appell, jaghmel uzu, taht il-licenza lilu trasferita, mill-istess stamperija. Hu ma jkunx hati li kiser il-ligi b'daqshekk, ghax ikun jonqos il-postulat tas-sospensjoni tal-licenza tal-istampatur licenzjat meta saret il-konferma tal-ordni tas-sospensjoni tal-licenza, billi kif ga nghad, ma jistax ikun hemm lok ghall-effetti "in rem", cjoe' fuq l-impjant u l-makkinarju,jekk "qabel" ma jkunx hemm, bhala prerekwizit inderogabbli, is-sospensjoni tal-licenza tal-istampatur licenzjat. Taht ebda aspett ma tista' l-Qorti testendi l-portata tal-ordni tas-sospensjoni kontenut fis-sentenza tal-Appell, konfermatorja ta' dik tal-Ewwel Qorti, bhala li tikkoinvolgi wkoll is-sospensjoni tal-licenza tat-titolar il-gdid, semplicement ghax l-istamperija relattiva hija l-istess.L-identita' tal-istamperija takkwista mportanza jekk u meta jkun hemm is-sospensjoni tal-licenza tal-istampatur licenzjat, ghaliex allura l-uzu taghha. "minn kull min ikun", isir illegali; imma metafis-sentenza tas-sospensjoni jkun hemm riferita licenza specifika "nomination", kull estensjoni ghall-licenza f'isem hadd iehor tkun kuntrarja ghal-ligi, partikolarment meta l-vertenza tkun "in odiosis". Ma jiswiex l-argument tal-Prosekuzzjoni illi b'dan il-mod il-ligi tista' tigi evaza; ghax il-ligi stess tipprovdi ghal dan, billi taghti lill-Qorti l-fakolta' li tissospendi l-licenza tal-istampatur anki jekk dan ma jkunx fil-kawza, salv id-dritt tal-editur tal-gurnal, li ma kienx mill-bidu nett parti fil-kawza li jintervjeni fil-proceduri biex jaghti r-ragunijiet tieghu ghaliex is-sospensjoni ma ghandhiex tigi applikata. Imma, ladarba l-Prosekuzzjoni, li kienet edotta bit-trasferiment tal-licenza favur persuna ohra, ma talbetx lill-Qorti li taghmel il-prova ta' dan it-trasferiment li kien sar "pendente lite", u ma talbetx ukoll li l-Qorti tindirizza l-ordni tas-sospensjoni, mhux aktar kontra t-titolar precedenti tal-licenza, imma kontra dak li kien allura l-istampatur ghall-finijiet tal-ligi, cjoe' kontra t-titolar il-gdid, u halliet li l-kawza titkompla daqs kieku ma kien sar ebda kambjament fit-titolar tal-licenza, il-Qorti ma tistax taghmel din l-estensjoni; ghax il-Qorti tipprocedi "juxta alligata et probata", u "nihil habet forum ex scaena". Seta' wkoll, in konnessjonima' din it-tenuta evazjoni tal-ligi il-Kummissarju tal-Pulizija, fil-pendenza bejn is-sentenza tal-Ewwel Qorti li ordnat is-sospensjoni u dik tal-Qorti tal-Appell li kkonfermat dak l-ordni, jigifierimeta kien hemm ga provvediment tal-Ewwel Qorti dwar is-sospensjoni u kienet perikolanti l-licenza f'isem it-titolar ga kundammat, jippermetti t-trasferiment tal-istess licenza taht kondizzjoni, li talvolta, kieku kienet imposta, setghet tawtorizza l-Qorti tal-Appell tipprovvedi ghall-eventwalita' tal-konferma minnha tas-sentenza tas-sospensjoni allura ga pronunzjata fl-ewwel istanza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info