Referenza: Volum 43D (1959), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 862

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/06/1959
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
PAOLO MIFSUD NE. vs LORENZO SAID NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI - KAPTAN - POLZA TAL-KARIGU - SOLIDARJETA'
Fil-Qosor
Il-kaptan li jikkonsenja l-merkanzija lil min ma jipprezentalux il-polza tal-karigu, jinkorri fir-responsabbilita' konsegwenzjali ghall-inadempjenza kontrattwali tieghu. Il-polza tal-karigu hija d-dokument u l-prova tat-trasport li l-kaptan jobliga ruhu li jaghmel tal-merkanzija biex jirrikonsenjaha fil-post tad-destin lil min ikollu d-dritt ghaliha skond it-termini fl-istess polza menzjonati. Imma fil-prattika jissucciedi illi l-kaptan jikkonsenja l-merkanzija lil min ikun sfornit mit-titolu,wara li dan jaghmillu garanzija li jigi rilevat minn kull responsabbilta' lejn it-terz possessur tal-polza tal-karigu - garanzija li tigi moghtija mir-ricevitur bil-fidejussjoni ta' Bank. Jekk minnkonsenja simili jidderivaw xi danni lid-ditta li tkun ikkonsenjat il-merkanzija lil min ma kellux il-polza tal-karigu, din id-ditta ghandha dritt u azzjoni ghal dawk id-danni kontra r-ricevitur tal-merkanzija u kontra l-Banka garanti tieghu, solidalment.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni