Referenza: Volum 43D (1959), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 846

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/01/1959
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
CHARLES PORTELLI ET. vs JOSEPH DARMANIN ET. PR. ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KLAWSOLA "AS SOON AS POSSIBLE" - KONSENJA - KOSTITUZZJONI IN MORA - MERKANZIJA - TERMINU
Fil-Qosor
Skond il-ligi taghna, meta konvenzjoni ma tiffissax terminu ghall-adempiment taghha, semplici ritardtad-debitur, ghalkemm prolungat jista' jkun dan ir-ritard, mhux bizzejjed biex id-debitur jigi dikjarat inadempjenti; imma jehtieg li jkun waqa' f'mora bil-kostituzzjoni tieghu ghal dak l-effett b'interpellazzjoni per mezz ta' att gudizzjarju da parti tal-kreditur. Ghaldaqstant, jekk wiehed ikun ordna merkanzija li kellha tigi minn barra, u ma jigix fissat terminu meta din il-merkanzija kellha tigi konsenjata lill-kumpratur, il-venditur li kellu jgib dik il-merkanzija minn barra ma jistax jitqies inadempjenti jekk il-merkanzija tasal b'certu ritard, jekk ma kienx gie kostitwit in mora mill-kumpratur b'att gudizzjarju; u dan avvolja l-kumpratur ikun qallu li kellu bzonn tal-merkanzija gietordnata bil-klawsola "as soon as possible"; il-ghaliex konvenzjoni li ghaliha tigi addjetta dik il-klawsola tibqa' dejjem konvenzjoni minghajr terminu. F'liema kaz, meta jghaddi terminu ragonevoli, il-kreditur ghandu dritt jikkostitwixxi d-debitur in mora, salv lit-tribunal li jiddecidi, wara din il-kostituzzjoni in mora, jekk t-terminu li jkun ghadda kienx sufficjenti ghall-adempiment tal-obligazzjoni, u jekk il-kostituzzjoni in mora kienetx jew le fondata, f'kaz ta' kontestazzjoni bejn il-kontraenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni