Reference: Volume 43D (1959), Part No. 2, Section , Page 837

Judgement Details


Date
16/12/1959
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
CARMELO SAPIANO ET. vs MARIA DOLORES SIVE DORIS SAMMUT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ALIMENTI - ART. 34 U 35 TAL-KODICI CIVILI - DOTA
Summary
Biex il-genituri jigu dikjarati ezenti mill-obligu li jiddotaw lill-binthom u li jaghtuh l-alimentijekk tigi fil-bzonn, meta din tkun izzewget kontra l-volonta' taghhom, jehtiegu zewg rekwiziti, u cjoe' li l-genituri jkunu ghamlu oppozizzjoni ghaz-zwieg ta' binthom b'att gudizzjarju dirett kontra taghha u tar-ragel li kienet sejra tizzewweg, u dan qabel iz-zwieg, u jkunu ghamlu d-domanda ghal dinl-ezenzjoni fi zmien sitt xhur mic-celebrazzjoni taz-zwieg, u li jkollhom raguni tajba ghal din l-oppozizzjoni taghhom. Bhala ragunijiet tajba ghal din l-oppozizzjoni l-ligi tirrikonoxxi n-nuqqas minn naha tar-ragel tal-mezzi mehtiega ghall-hajja, u d-divergenza kbira fil-kondizzjoni fil-hajja bejn dawk li jkunu sejrin jizzewgu. Kwantu ghall-mezzi, il-ligi illegittima l-oppozizzjoni ghaz-zwiegmeta dawk li jizzewgu jkunu neqsin mill-mezzi necessarji biex jizzewgu biss, u mhux ukoll meta ma jkollhomx biex jghixu bil-kumdita', jew meta ma jkollhomx biex jghixu bil-lussu; u thares lejn l-idoneita' li, jekk tigi awmentata l-familja, jawmentaw ukoll il-profitti tar-ragel. Kwantu ghad-divergenza fil-hajja socjali ta' dawk li jkunu ser jezzewgu, din id-disparita' ta' kondizzjoni tidher li trid tkun dik li, fi zmienijiet hisq anqas demokratici minn dawk tal-lum, minnha kien jitnissel skandalu gravi u injominja ghall-parenteli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info