Referenza: Volum 40B (1956), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 508

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/03/1956
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
NEG. VICTOR A. LA ROSA vs NEG. CARMELO BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 36, 40 U 41 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - DANNI - FRODE KUMMERCJALI - KONKORRENZA SLEALI
Fil-Qosor
Il-ligi tipprovdi biss il-forom l-aktar soliti ta' konkorrenza sleali, u mhix lecita l-estensjoni ta' dawk il-kazijiet ghal kazijiet ohra mhux preveuti mill-ligi; ghax il-kazijiet ta' konkorrenza sleali msemmijin fil-ligi huma tassattivi, billi huma veri u proprji delitti kummercjali li jaghtu lok ghal konsegwenzi serji hafna. Fost dawk il-kazijiet mhux prevedut dak ta' min jintroduci f'suq ghall-bejgh fl-istess suq, merkanzija tal-istess ditta li taghha, f'dak is-suq, hadd iehor ikun l-agentjew rapprezenant. U ghalhekk agir simili mhux konkorrenza illecita skond il-ligi kummercjali taghna. Agir simili lanqas jikkostitwixxi frode kummercjali; ghaliex frode u konkorrenza illecita f'din il-materja huma haga wahda; u ghalhekk lanqas jirrendi responsabbli ta' danni lil min jikkommetti agir simili. Jekk ikun il-kaz li dak l-agir jikkaguna xi dannu lill-agent jew rapprezentant tad-dittaestera, dan ghandu jaraha mad-ditta estera li tipproduci dik il-merkanzija, jekk dik id-ditta tkun ikkoncedietlu l-eskluzivita' ghad-dhul ta' dik il-merkanzija f'dawn il-Gzejjer. Ghax hu elementari li, biex wiehed jigi ritenut responsabbli ta' danni, hemm bzonn li jkun ipprovoka dawk id-danni permezz ta' att illecitu; mentri l-agir fuq imsemmi, ladarba mhux kompriz fost l-atti li l-ligi tenumerabhala kazi ta' konkorrenza illecita, mhux att illecitu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni