Reference: Volume 40B (1956), Part No. 1, Section 2, Page 463

Judgement Details


Date
09/01/1956
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CARMELO BEZZINA vs CARMELO DEBONO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ENFITEWSI - SENSERIJA - SOLIDARJETA'
Summary
Is-senserija f'kaz ta` koncessjoni enfitewtika hija zewg terzi ta` sena cens. Hu principju ormaj pacifiku fil-gurisprudenza nostrali illi, meta ma jirrikorrux l-estremi mehtiega biex tigi akkordata somma bhala senserija vera u propja, bir-rata legali, jista`, fil-kazi kongruwi, u anki fuq l-istesscitazzjoni ghall-hlas ta` senserija, jinghata kumpens mill-Qorti arbtirio boni viri". In vija ta` konsiderazzjoni genrali, l-entita` tas-somma akkordabbli f'kazijiet smili ghandha tigi rigwardata minn aspett divers, skond jekk tkunx ghal senserija vera u proprja tinghat lis-sensal mhux tant ghax-xoghol tieghu biex irnexxiet l-operazzjoni, daqs kemm ghall-motiv ta` interess publiku ekonomiku, billi l-opera tas-sensal tagevola hafna l-frekwenza u l-facilita` tal-kontrattazzjonijiet, lihuma element ta` prosperita` generali, il-kumpens, ghall-kuntrarju, hu korrelata mat-tahbit tas-sensal, u jigiakkordat ghax-xoghol li jaghmel. kwantu ghall-kriterji li jirregolaw dan il-kumpens, imbaghad, ma jkunx ekwu li jitqies biss it-tahbit materjali tas-sensal; imma hu aktar ekwu li jitqiesu c-cirkustanzi kollha tal-kaz, l-importanza tal-operazzjoni l-istadju, avanzat jew le, li fih ikun u waslu l-operazzjonijiet attinenti ghan-negozju "de quo", u l-fatt (fil-kaz li kun hekk) li n-negozju ma jkunx sfrotta bi htija tas-sensal. Meta parti wahda tqabbad sensal u l-parti l-ohra taccetta l-opera ta` dak is-sensal, hemm mandat miz-zewg nahiet ghal affari komuni, u s-sensal hu mandatarju taghhom it-tnejn; b'mod li huma t-tnejn tenuti solidalment beniehom ghall-hlas tar-retribuzjoni dovuta lis-sensal. Jekk bejniethom huma jkunu ftehmu li ghandhom ihallsu lis-sensal bin-nofs, dan il-ftehim jirrifletti bis ir-rapport ta`bejniethom, imma ma jnehhix is-solidarjeta` taghhom di fronti ghas-sensal. Fil-kaz prezenti, fejn gie irrevokabbilment stabbilit ilil-attur kellu jithllas kumpens, umhux senserija vera u propja, billi n-negozju konjuz bl-opera tas-sensal ma sehh u minfloku sehh negozju iehor fuq l-istess linji; l-Ewwel Qorti akkordat kumens f'ammont daqs kieku lis-sensal kellha titahlass is-senerija ver u proprja ...... izda l-Qorti tal-Appell irrduciet l-ammont fisat mill-Ewwel Qorti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info