Referenza: Volum 33E (1947), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 142

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/11/1947
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
GIOVANNA CARABOTT vs GENEROSO CARABOTT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART - ART. 733, 1371, 764 U 765, TAL-KODICI CIVILI - INTERESS - INTERPRETAZZJONI - KAPITAL - KOMUNJONI TA' L-AKKWISTI - LEGAT - LEGAT "A LIMINE INTUS" - LEGAT TA` HAGA TA` HADDIEHOR - LIKWIDAZZJONI - PRELEGAT
Fil-Qosor
Il-principju li d-djun ta` l-assi ereditarju ghandhom jithallsu qabel il-legati ma hux ta` ostaklu ghall-hals tal-legati qabel il-hlas tad-djun, meta l-attiv nett ta` eredita` huwa bizzejjed ghas-soddisfaciment tal-legati. Il-legat ta` haga ta` haddiehor jiswa kemm il-darba t-testaur ikun iddikjarafit-testment li huwa kien jaf li l-haga legata mhix tieghu, imma ta` hadd iehor. Din ir-regola pero` ma hix applikabili ghad-dispzizzjonijiet testamentarji tar-ragel li jkollhom bhala oggett taghhombeni tal-komunjoni t` l-akkwisti; ghax f'dan il-kaz hija applikabili r-regola l-ohra illi, jekk ir-ragel jiddisponi mill-akkwisti b'testment, id-dispozizzjoni teighu hija valida jekk hemm mnejn il-mara tigi kompensata tas-sehem li jkun imissha. Biex wiehed jistabbilixxi l-estensjoni ta`legal "a limine intus", ghandu jsegwi l-principju illi l-volonta` ta-testaur ghandha tigi desunta mid-diversi dispozizzjoni testamentarji teighu, ul-principju l-iehor ili meta hemm dubju jekk il-legat ghandux jigi ammess jew eskluz, l-interpretazzjoni, per regola, gahndha tkun favur l-legatarju. Meta mbaghadil-kwistjoni tkun dwar il-kwantitativ tal-legat "a limine intus", wiehed ghandu l-ewwelnett jistabbilixxi x'ried ifisser it-testatur bil-kelma "dar" li gahliha jirriferixxi l-legt; u fil-legat ghandhom jidhlu dawk l-oggetti li jkun barra mid-dar okkazjonalment biss, bhal ma ghandhom jigu eskluzi dawk li jkunu jinabu fid-dar b'kumbinazzjoni. HUwa veru li l-prelegatarju ghandu jsofri sehem mill-prelegat; imma din il-kontribuzzjoni teighu tigi "ipso facto" attenuta bil-prelecament tal-haga legat mill-massa li ghandha tigi diviza; u l-prelegatarju gahndu dritt ghall-prelevament tal-haga prelegatakolha kemm hi minghajr deduzzjoni ta` l-ammont tas-sehem li, bhala koerdei gravat b'dak il-prelegat, huwa ghandu jsofri ghal-istess prelegat. L-imghax fuq il-legat jibda jghaddi minn meta ssir il-kostituzzjoni in mora, u mhux mill-mewt tat-testaur, salvi l-eccezzjoijiet li hemm fil-ligi, fosthom dik ta` meta l-oggett tal-legat huwa "kapital". U bil-kelma "kapital" wiehed ghandu jifhem mhux kwalsijasi somma ta` flus, li hija dovuta b'titolu ta` legat huwa "kapital". u bil-kelma "kapital" wiehed ghandu jifhem mhux kwalsijasi somma ta` flus, li hija dovuta b'titolu ta` legat, imma biss dik is-somma ta` flus li fil-mumenet tat-testment tinsab impjegata b'mod fruttiferu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni