Referenza: Volum 32A (1945), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 138

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/01/1945
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
OSCAR SAMMUT NE vs ANTONIO ELLUL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ALEA - ART 1503, PARA. 6, U ART. 1471, 1466 U 1468 TA' L-ORDINANZA VII TA' L-1868. - DONAZZJONI - GRATUWITA' - PROVA - SETTWAGENARJU - SIMULAZZJONI - VITALIZJU
Fil-Qosor
F'kuntratt ta' kostituzzjoni ta' citalizju l-alea hija element essenzjali tal-kuntratt, u l-isproporzjon bejn il-valuri assenjati, meta tkun kbira, teskludi din l-alea. Imma b'daqshekk ma jkunx hemmnulliiita' assoluta tal-kuntratt; ghax il-vitalizju jista' jigi kostitwit anki gratuwitament; u l-ligi tirrikonoxxi l-vitalizju gratuwitu. Ghalhekk fil-kaz ta' dina l-isproporzjoni, il-kuntratt ikunmist bl-element ta' l-onerozita' u f'dak tal-liberalita', u ghalhekk ikun in parti donazzjoni. Donazzjoni maghmula minn settwagenarju minghajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti kompetenti hija nulla. In-nuqqas tal-hlas tar-rati tal-vitalizju ma jintitolawx lill-kreditur li jiehu lura l-korrispettiv, imma johloq biss kreditu favur tieghu ghal dawk ir-rati. L-att huwa simulat meta bil-volonta' tal-partijiet ikollu sinifikat apparenti divers minn dak li realment ghandu; izda ma hemmx simulazzjoni metal-partijiet kitbu dak li tassew riedu, avolja dak li kitbu huwa difettuz u ma jistax isehh.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni