Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 1010

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/10/1998
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, ARRIGO NOEL V., CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
ANGOLINA ATTARD vs BARTHOLOMEO CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPOGG - ARTIKOLU 413 U 435 TAL-KODICI CIVILI - DISTANZA REGOLAMENTARI BEJN BINI
Fil-Qosor
L-attrici agixxiet ghal hlas ta' kumpens naxxenti minn appogg; irrizulta mill-provi illi l-konvenutma kienx bena mal-hajt taghha imma l-kwistjoni qamet meta ssaqqaf spazju bejn iz-zewg hitan. Il-Qorti ta' l-Appell irriteniet illi essenzjalment l-ezitu ta' dan l-appell jiddependi mill-portata li jista' jkollu l-artikolu 435 tal-Kodici Civili f'kazijiet fejn ma tkunx inzammet id-distanza regolarita' tliet metri mill-hajt tal-fond tal-gar u jkun inbena hajt iehor f'inqas minn tliet metri msemmija u li ma jkunx imiss mal-hajt imsemmi u dan ghall-fini ta' jekk jistax jinghad li jkun gie pprattikat appogg f'dan il-kaz u allura hux dovut il-hlas li normalment jintalab u jithallas meta jkun hemml-appogg. Il-Qorti ta' l-Appell waslet ghall-konkluzjoni illi taht ebda cirkostanza ma jista' jinghad illi bil-fatt illi ssaqqaf l-ispazju bejn iz-zewg hitan b'daqshekk gara illi gie pprattika xi appogg fis-sens tal-ligi. Il-kwistjoni ta' x'konsegwenza jista' jkollu n-nonosservanza ta' l-artikolu435 da parti tal-konvenut hija xi haga rrilevanti ghall-ezitu ta' din il-kawza billi se mai, jista'jew seta' jintitola lill-attrici li tittutela d-drittijiet taghha u dak illi l-ligi riedet li jirregola l-mod kif isir il-bini f'pajjizna. Il-Qorti ta' l-Appell ikkonfermat is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti fejn cahdet it-talba attrici.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni