Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 692

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/10/1998
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
VICTOR CAMILLERI vs VINCENT MICALLEF
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLI 1501, 1505, 2128 TAL-KODICI CIVILI - CEDOLA TA` FIDI - CENS - DEKADENZA - ENFITEWSI - FIDI TA` - PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
Il-meritu taç din il-kawza jinkwadra ruhu fl-interpretazzjoni tas-subartikolu 2 taç l-artikolu 1501tal-Kap. 16, inkwantu din il-Qorti qed tigi mistiedna tiddecidi jekk it-terminu taç sena ghall-fiditaç cens meta l-istess kuntratt jipprovdi li c-cens jista` jigi rivedut fi zmien specifikat, jibdixjiddekorri mid-data ta` meta kienet dovuat ex contractu revizjoni jew minn meta giet stabbilita - f'dan il-kaz gudizzjarjament - ir-rata ta` cens riveduta. Fl-ezercizzju ta` intepretazzjoni tassumimportanza d-domanda jekk it-terminu ta` sena kienx wiehed ta` preskrizzjoni ossia wiehedta` dekadenza. DAn ghar-raguni ovvjal i jekk il-perijodu hu wiehed preskrittiv estintiv ta` l-azzjoni jkunu japplikaw ghalih il-provvedimenti tal-Kodici Civili li jippermettu l-interruzzjoni jew l-estensjoni ta`dak it-terminu permezz ta` att gudizzjarju jew mod iehor. Fil-kaz likien perijodu ta` dekadenza, dan ma jkunx possibbli billi t-terminu jkun allura wiehed perentorju u bhala tali mhux prorogabbli. Dan it-terminu ta` sena hu wiehed ta` dekadenza ta` dritt jekk wiehed ma jagixxix fit-terminu prefissmil-ligi u mhux ta` preskrizzjoni ta` l-azzjoni fiz-zmien preskritt. L-inattivita` tal-konvenut fil-perijodu ta` sena irrimedjabbilment ippregudikatlu d-drittijiet tieghu u l-Qorti ta`l-Appell ikkonfermat is-sentenza ta` l-Ewwel Qorti fis-sens illi c-cedoli ta` fidi ta` cens kienet nulla u minghajr efett.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni