Reference: Volume 33F (1949), Part No. 4, Section , Page 824

Judgement Details


Date
07/03/1949
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs JOSEPH OLIVIERI MUNROE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"INNUENDO" - EDITUR - IRONIJA - KOMUNIZMU - LIBELL - MINISTRU
Summary
F'materja ta' ingurja per mezz ta' l-istampa l-ingurja tista' tirrizulta per mezz ta' "innuendo". L-"innuendo" jista' jkun ta' zewg xorta, jigifieri dak li per mezz tieghu tigi identifikata l-persunali ma tkunx issemmiet b'isimha, u dak li per mezz tieghu jigi stabbilit is-sens tal-kliem ritenut ingurjuz mill-persuna li tippretendi li giet ingurjata. Huwa pacifiku fl-insenjamenti dottrinali illi materja per se' mhux libelluza tista' ssir tali meta tassumi l-forma ta' l-ironija. U hija salutari l-massima li biex il-kitba inkriminata tigi ritenuta ngurjuza, jew le, ghandha tinqara kollha kemm hi bhala haga wahda, u mhux jittiehdu d-diversi paragrafi ta' dik il-kitba izolatament; b'mod li wiehed ghandu jara l-konnessjoni li jkun hemm bejn dawk id-diversi partijiet tal-kitba nkriminata. Dak li kellu f'mohhu l-imputat meta kiteb l-artikolu ngurjuz ma hux materjali biex tigi stabbilita l-imputabilita'; kif lanqas ma hija materjali l-prova li huwa ma kellux l-intenzjoni deliberata li jingurja lill-persuna milquta bil-kirba tieghu. Meta mbaghad il-kliem jinkiteb b'ton ironiku, l-intenzjoni malizzjuza hija ntiza fl-istess ironija. L-imputazzjoni li wiehed huwa komunista hija mputazzjoni ngurjuza; u l-ingurja tikber fil-gravita' taghha meta dik l-imputazzjoni ssir kontra ministru tal-Kuruna. Il-fatt li fl-opinjoni ta' l-editur tal-gurnal fejn deher l-artikolu libelluz inkriminatdak l-artikolu mhux libelluz, ma jiswiex bhala attenwanti billi l-editur ikollu certa esperjenza. Dik l-esperjenza ta' l-editur, ghall-kuntrarju, ghandha pjuttost taggrava l-piena, ghax b'dik l-esperjenza huwa aktar facili ghalih li jinduna bix-xorta libelluza tal-kitba nkriminata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info