Reference: Volume 33F (1949), Part No. 4, Section , Page 811

Judgement Details


Date
31/01/1949
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs EMMANUELE SAMMUT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 634 (2) TAL-KODICI KRIMINALI - ATTENTAT VJOLENT GHALL-PUDUR - KONDOTTA TA' L-IMPUTAT - PROVI - XHIEDA
Summary
Ma hemm xejn li huwa kontra l-konvinzjoni ta' l-imputat fuq ix-xhieda ta' wiehed biss (salvi kazijiet partikulari); basta li dak ix-xhud uniku jkun emmnut. Jekk ghandux ikun emmnut jew le hija kwistjoni ta' kredibilita'. Ghalkemm il-gurisprudenza ammettiet eccezzjonalment il-prova ta' fatti estranei ghall-gudizzju biex tigi lumeggjata l-intenzjoni doluza ta' l-imputat, izda dan il-principju eccezzjonali ma ghandux jigi estiz aktar minn daqshekk; u ma ghandux ikun ritenut hati l-akkuzat ghaliexprecedentement ikkommetta reat ta' l-istess xorta "sie et simpliciter". Hemm bzonn li jkun hemm xihaga li tikkonnetti kaz ma' iehor. Prova simili ghandha tkun permessa biss meta jirrikorru fattezzi specjali fil-mod li bih gie kommess ir-reat, b'mod li dik il-prova sservi mhux biex turi li l-imputat huwa ta' kondotta hazina, imma biss li tidentifikah bil-mod kif gie kommess ir-reat. F'imputazzjoni ta' attenjat vjolent ghall-pudur, l-ilment li taghmel il-vittima ta' dak l-attentat fl-ewwel opportunita' wara l-fatt ghandha importanza bhala konferma tal-konsistenza tar-rapport tal-prosekutrici. Il-varjanti li taghmel il-prosekutrici fir-rakkont taghha f'okkazjonijiet ohra wara, ammenokke'dik il-varjanti ma tigix ragjonevolment spjegata, tista' topera bhala cirkustanza li tivvulnera d-depozizzjoni tad-denunzjanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info