Referenza: Volum 33F (1948), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 667

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/04/1948
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GAMMARI DARMANIN
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 399 (4) TAL-KODICI KRIMINALI - NULLITA' - PRECETT PENALI - SENTENZA
Fil-Qosor
Jekk l-imputat jinsab precettat b'sentenza, taht garanzija, li ghandu jzomm il-bwon ordni publiku, ujikkommetti kontravvenzjoni li biha jikser dik il-garanzija, u l-Qorti ssibu hati ta' dik il-kontravvenzjoni, imma fl-istess hin ma tikundannahx ta' dik il-kontravvenzjoni u tikkundannah biss ghall-hlas ta' l-ammont tal-garanzija li huwa kiser b'dik il-kontravvenzjoni, dik is-sentenza hija nulla.Ghax il-ligi hija pozittiva fis-sens illi l-hlas tal-garanzija ma jezimix l-imputat li kiser il-garanzija mill-piena tar-reat li bih huwa kisirha. U hija wkoll ligi pozittiva illi l-Qorti, wara li tghid il-fatti li taghhom ikun instab hati l-imputat, ghandha taghtih il-piena kontemplata mill-ligi;u din hija formalita' sostanzjali li, jekk ma tigix osservata, taghti lok ghall-annullament tas-sentenza. Ghalkemm huwa desiderabili li tingieb anki l-prova ta' l-assunzjoni tal-garanzija, pero', meta l-Pulizija tipproduci kopja tas-sentenza li mponiet il-garanzija, tinholoq il-prezunzjoni li l-garanzija giet assunta, fin-nuqqas ta' prova kuntrarja. Imma jekk lanqas ma tigi prodotta kopja tas-sentenza, ma hemmx prova tal-vjolazzjoni tal-garanzija, u l-imputazzjoni dwar il-ksur tal-garanzija taqa'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni