Reference: Volume 33F (1949), Part No. 3, Section , Page 528

Judgement Details


Date
11/10/1949
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
FRANCESCO GIUSEPPE WISMAYER ET vs RINALDO WISMAYER ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARBITRAGG - ART. 792, 980 U 983 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - ATTI GUDIZZJARJI - FORMALITAJIET - IMPUNJAZZJONI - NULLITA' - PUBLIKAZZJONI - TRASFUZJONI TAL-PROCEDURI
Summary
F'kawza ta' impunjazzjoni ta' arbitragg l-arbitru ma ghandux interess; u ghalhekk jekk l-arbitru jigi mharrek "ghall-interess li jista' jkollu", huwa ghandu jigi mahrug barra mill-kawza. Id-dispozizzjoni tal-ligi li tghid illi l-eccezzjoni tan-nullita' ta' l-atti gudizzjarji ma tistax tinghata metal-aprti li taghtiha tkun baqghet taghmel, jew, ghad li tkun taf biha, tkun halliet li jibqghu jsiru, attijiet ohra wara inghajr ma eccepiet dik in-nullita', tirrigwarda proceduri li jkunu ghadhom sejrin, u mhux dawk li jkunu kompliti u ezawriti. Ghaldaqstant dik id-dispozizzjoni mhix applikabili ghan-nullita' ta' decizjoni abitwali, ghax bid-depozitu tad-decizjoni l-arbitragg gie ezawrit, u l-kritika tieghu ma hix kontinwazzjoni ta' l-arbitragg, u ebda sanatorja ma ggib tan-nullita', meta u jekk ikun hemm lok ta xi nullita'. Jekk fl-att ta' l-arbitragg, ma tkunx giet stabbilita ebda formalita', l-arbitru jista' jiffissa huwa stess il-formalitajiet. Ghaldaqstant il-fatt li d-decizjoni arbitrali tigi miktuba bl-Ingliz, minflok bil-Malti, ma jgibx nullita' ta' dik id-decizjoni jekk il-partijiet ma sofrew ebda pregudizzju bl-uzu ta' dik il-lingwa billi huma jkunu jafu bl-Ingliz. L-ommissjoni ta' l-isem ta' missier il-partijiet u ta' fejn joqghodu tirrigwarda wiehed mir-rekwiziti espressament stabbiliti mill-ligi; kif tirrigwarda rekwizit iehor tal-ligi l-omissjoni tat-tismija ta' l-att ta' l-arbitragg. Imma ghal din ta' l-ahhar tista' tissupplixxi riferenza ghall-kitba ta' l-arbitragg, jekk din tkun giet mehmuza u depozitata flimkien mad-decizjoni arbitrali. U fiz-zewg kazijiet, ghalkemm hemm vjolazzjoni ta' forma, ma hemmx nullita' arbitrali, jekk ebda pregudizzju ma sofrewil-partijiet b'dik il-vjolazjoni ta' forma. Lanqas ma hija nulla d-decizjoni ta' l-arbitru jekk wiehed mill-partijiet imut u ma ssirx it-trasfuzjoni tal-proceduri fil-persuna tal-werrieta tieghu, meta werrieta jkunu l-partijiet l-ohra fil-proceduri, u dawna jkunu accettaw mill-ewwel il-wirt ta' dak il-mejjet. Imma l-publikazzjoni tad-decizjoni arbitrali antecedentement ghad-depozitu taghha hijawiehed mir-rekwiziti li fis-sistema tal-ligi procedurali taghna huwa esenzjali; u l-inosservanza ta' dak ir-rekwizit igib in-nullita' tad-decizjoni arbitrali. Il-konsenja privata ta' kopja tad-decizjoni mill-arbitru lill-partijiet qabel id-depozitu ma tistax tekwivali ghall-publikazzjoni li tiridil-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info