Reference: Volume 36B (1952), Part No. 1, Section 1, Page 236

Judgement Details


Date
10/10/1952
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., GOUDER TANCRED, CAMILLERI ALBERT V.
Parties
JOSEPH FENECH ET. vs REV. SAC. PROF. SERAFINO ZARB, O.P., NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"STUDENTS' REPRESENTATIVE COUNCIL" - "SYLLABUS" - ART. 729 (1), 732, 789 U 180 (A) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - ECCEZZJONIJIET DILATORJI - GURISDIZZJONI - ILLEGITTIMA' TAL-PERSUNA - KALENDARJU - KOMPETENZA - KUNSILL TA' L-UNIVERSITA' - ORDINANZA XXXII TA' L-1947 - RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA - RETROATTIVITA' - STATUT - UNIVERSITA' REALI TA' MALTA
Summary
Il-gurisdizzjoni tipprovjeni mill-ligi; imma tista' tinghata anki lil-persuna privata. Barra milliordinarja, tista' tkun anki straordinarja, billi tigi konferita b'ligi specjali. Konsegwentement id-deroga ghall-gurisdizzjoni tal-Qrati ghandha tkun espressa, u maghmula b'lokazzjoni cara. Jekk atttal-Poter Ezekutiv jilledi xi dritt civili jew patrimonjali, it-tribunali civili huma kompetenti biex jiehdu konjizzjoni ta' dak il-fatt, jekk xi ligi specjali ma tkunx tivvjeta r-rikors ghall-awtorita' gundizzjarja. U l-Qrati Taghna ghandhom sahansitra l-poter li jissindakaw il-validita' ta' l-atti tal-Poter Legislativ u dawk tal-Poter Ezekutiv, fis-sens li jaraw jekk dawk l-attijiet jidhlux fl-attribuzzjonijiet ta' l-awtorita' li ordnathom, jew gietx osservata l-forma stabbilita mill-ligi.Fl-ahharnett, id-derogi ghall-gurisdizzjoni ghandhom jigu nterpretati restrittivament; u f'kaz ta' dubju ghandhom jigu eskluzi. L-Ordinanza XXXII ta' l-1947, li tikkonferixxi lill-Universita' Reali ta' Malta certa mizura ta' awtonomija, u li hasbet ghat-tmexxija a kontroll ta' l-Universita', fl-ebda parti taghha ma qalet illi d-decizjonijiet tal-Kunsill ta' l-Universita', minnha istitwit bhali, l-aqwa setgha ghat-trigija ta' l-Unviersita', huma finali u mhumiex suggetti ghas-sindakat ta' l-Awtorita' Gudizzjarja; u ghalhekk dawk id-decizjonijiet ma gewx sottratti mill-gurisdizzjoni ordinarja tal-Qrati Taghna. U ghalhekk ukoll, il-kwistjoni jekk humiex validi jew le xi emendi li jkunu saru fl-Istatut ta' l-Universita', ghax ma gietx osservata d-dispozizzjoni ta' dik l-Ordinanza, tidhol fil-kompetenza tal-Qrati ordinarji. L-eccezzjoni ta' l-intempestivita' ta' l-azzjoni hija dilutorja, ughalhekk mhix attendibli jekk ma tigix moghtija "in limine litis", jekk ir-raguni li fuqha hija bazata dik l-eccezzjoni kienet tezisti mill-bidu u ma nqalghetx waqt il-kawza. Li Students' Resresentative Council" huwa korp kostitwit legalment u rikonoxxut mill-ligi, bil-fakolta' li jaghmel regolamenti; u r-rapprezentanza gudizzjali tispetta lill-persuna desinjata minnu f'dawk ir-regolamenti; u ghalhekk il-persuna li tidher f'kawza li tinteressa lil dak il-"Council" bis sahha ta' dawk ir-regolamenti, ma hix persuna illegittima biex tidher fil-kawza ghal dak il-"Council". Il-Kunsill ta' l-Universita' jista' jemenda l-Istatut ta' l-Universita' jew ihassru, jew johrog iehor f'loku; u ghandu s-setgha li jghid liema huma s-setghat u l-hidmiet ta' kull wahda mill-awtoritajiet ta' l-Universita', kif ukoll li jghid liema studji u ezamijiet ghandhom jittiehdu f'kull Fakolta'; u s-"syllabus" mahux haga ohra hlief manifestazzjoni aktar dettaljata ta' dak li jkun jiddisponi fuq hekk l-Istatut.Huwa veru li skond l-Istatut ta' l-Universita', ghandu jigi publikat kull sena kalendarju mhux aktar tard minn gimgha qabel il-bidu tas-sena akkademika; izda dan ma jfisserx li f'kaz ta' kontravvenzjoni ghad-dispost li jordna din il-pubblikazzjoni jkun hemm nullita' ta' dak kollu li jsir matul is-sena akkademika wara l-publikazzjoni ta' dak il-kalendarju; ghax dan ma setax kien il-hsieb tal-legislatur. L-emendi li jsiru fl-Istatut ta' l-Universita' huma applikabili anki ghall-istudenti li jkunu bdew il-kors fl-Universita' qabel ma jkunu saru dawk l-emendi; u l-istudenti ma ghandhom l-ebda dritt kwezit li jaghmlu l-ezamijiet skond l-Istatut li kien isehh meta huma nskrivew ruhhom bhala studenti. Biex l-emendi ta' istatut ma jkunux retroattivi ghall-istudenti tal-korsijiet li jkunu ga bdew, u jkunu applikabili biss ghall-korsijiet li jkunu ghadhom iridu jibdew, hemm bzonn li jsibu ostakolu fid-dritt kwezit ta' l-istudenti, u li ma jkunx il-kaz ta' ligi li tinteressa l-ordni publiku.Imma l-materja ta' l-istruzzjoni hija ta' interess publiku, u hekk ukoll huma l-ligijiet li jikkontrollaw dik il-materja; u ghalhekk ebda dritt ma jista' jigi akkampat kontra emendi li jmissu r-regolament tat-taghlim u l-istruzzjoni. Bil-fatt li student jinskrivi ruhu f'kors universitarju ma jinholoqx ebda kuntratt bejn l-istudent u l-awtoritajiet universitarji; u ghalhekk mhux il-kaz li r-retroattivita' ta' l-emendi fl-Istatut tinghad inapplikabili ghalihom minhabba xi vinkolu kontrattwali lijigi allegat li nholoq bejn l-istudent u l-Universita'. Ghall-kuntrarju, l-istudent li jinskrivi ruhu f'kors universitarju jassoggetta ruhu ghall-poter konferit mill-Istatut lill-Kunsill ta' l-Universita'; u l-istudenti ma ghandhomx dritt jippretendu li matul il-kors kollu li fih huma jkunu nskrivew ruhhom ghandhom jibqghu jaghmlu l-istudji u l-ezamijiet li kienu preskritti mill-Istatut fiz-zmienta' l-inskrizzjoni taghhom bhala studenti, u li l-emendi li jsiru f'dak l-Istatut matul dak il-korsma jkunux applikabili ghalihom, imma li huma applikabili biss ghall-istudenti li jibdew xi kors wara dawk l-emendi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info