Reference: Volume 35B (1951), Part No. 2, Section , Page 368

Judgement Details


Date
12/03/1951
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
GIUSEPPE FIORENTINO NE. ET. vs AVUKAT DR. EMMANUELE D'AGOSTINO NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1847 (2) (B) TAL-KODICI CIVILI - DONAZZJONI - GURAMENT - IMGHAX - KURATUR - PRESKRIZZJONI - REMISSJONI - SELF
Summary
Dikjarazzjoni tal-kreditur mutwant fis-sens li huwa ma jezigix l-imghax skadut fuq kapital minnu misluf tammonta ghal donazzjoni ta' dawk l-interessi skaduti. Ghax dik id-dikjarazzjoni tammonta ghalremissjoni tad-dejn relativ ghal dawk l-interessi, u r-remissjoni ta' dejn hija wkoll donazzjoni. Ghaldaqstant dik id-dikjrarzzjoni, jew remissjoni, mhijiex vinkolanti ghal min jaghmilha, u dan jibqa' liberu li jirtiraha, sakemm l-istess ma tkunx giet accettata mill-parti l-ohra. IL-preskrizzjonibrevi hija prezuntiva tal-pagament, u tista' tigi kombattuta bid-delazzjoni tal-gurament, u mhux ukoll bi kwalunkwe prova ohra. Dan il-gurament ghandu natura decizorja, u l-forma tieghu hija differenti skond jekk il-preskrizzjoni tkun apposta mid-debitur stess jew mill-eredi tieghu. Fl-ewwel kaz l-oggett tal-gurament huwa d-dikjarazzjoni li d-debitu ma ghandux jaghti jew li ma jiftakarx jekk il-haga gietx imhallsa; mentri fil-kaz li l-preskrizzjoni tigi apposta mill-eredi jew aventi kawza tad-debitur, l-oggett tal-gurament ikun id-dikjarazzjoni li ma jafux jekk il-haga ghadhiex dovuta. Danil-gurament ma jistax jigi mpost mill-Qorti spontaneament, imma jista' biss jigi moghti fuq talba tal-kreditur, jew inkella mpost fis-sentenza, anki fuq talba tal-kreditur. Din il-preskrizzjoni tista' tigi apposta anki mill-kuratur ta' l-assenti jew ta' eredita' gjacenti; u ghalhekk tista' tigi wkoll apposta minn mandatorju ta' l-assenti. Imma meta l-kuratur ikun jaf bil-fattijiet kollha, b'modli jista' jafferma jew jinnega, dan il-gurament jista' jigi moghti lilu. Ghaldaqstant meta l-kuratur ikun mandatarju ta' assenti u bhala tali suppost li jaf bil-fattijiet kollha. Id-darba huwa huwajissolleva din il-preskrizzjoni, dal-gurament jista' jinghata jew mid-debitur stess quddiem l-awtorita' konsolari jew awtorita' ohra tal-pajjiz fejn ikun qieghed, jew mir-rapprezentant tieghu fuq istruzzjonijiet specjali tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info