Reference: Volume 45D (1961), Part No. 4, Section , Page 1062

Judgement Details


Date
14/10/1961
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
DOMINIC MINTOFF ET vs REV DUN FRANCESCO SAVERIO BIANCO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 23, 26, 28 U 29 TAL-KAP. 117 - ART. 388 TAL-KODICI KRIMINALI - KORRUZZJONI POLITIKA - LIBELL - PIENA - PUBLIKAZZJONI TAR-RETTIFIKA - SIGRIET PROFESSJONALI
Summary
Kienet dejjem prattika tal-Qrati Taghna illi l-editur jew l-istampatur taç gurnal ma jigux kostrettijizvelaw l-identitaç tal-kotributuri ghall-gurnal taghhomó anzi, jekk jizvelawha, jistghu, fil-kazikongruwi, jaqghu taht is-sanzjonijiet tal-Ligi Kriminali. Senjament, ma ghandhomx jigu permessi domandi li bihom l-editur jew Stampatur jizvela l-isme tal-awtur taç artikolu ngurjuz minnu publikat,meta domandi simili jigu maghmula x'akatarax biex ingieb azzjoni kriminaliohra. Gahlkemm fil-kwerela l-inkriminazzjoni tkun limitata ghal xi kliem determiant, dan peroç ma jfisserx li l-Qorti, meta tigi biex tqies il-karattru diffamanti jew le tal-publikazzjoni, gahndha timmobilizza ruhha assolutament f'dawk ilkliemó ghall-kuntrarju, huwa gust, u anki logiku, li l-kliem denunzjati ghandhom jitqiesu fuq l-isfond tal-publikazzjoni kollha. L-imputazzjoni li bniedem jikkorrompi lin-nies billijixtrihom bil-flus biex isegwih fl-attivajiet politici tieghu minflok li jfittex il-konvinzjoni libera taghhon, hij, u dejjm kienet, ritenuta ingurjuza. U biex wiehed jistabilixxi jekk l-artikolu nkriminat jikkontjenix din l-imputazzjoni, wiehed ghandu jikkunsidra u jistaqsi lilu nnifsu x'jifhem il-qarrej ordinarju, ta` intelligenza ordinarja, meta jaqra l-artikolu li jikkontjeni dak il-kliem. Skondil-ligi maltija, l-istampatur hu responsabbli kriminalment ghal-libell, minbarra li huwa responsabbli l-awtur u l-editur; u l-ligi tistabbilixxi li dawk il-persuni, kompriz l-istampatur, ghandhom jiqiesu li agixxew xjentement jekk ma jigix pruvat il-kuntrarju. Inoltre, listampartur, bhal l-editur,jitqies li agixxa xjentement jekk gie jaf bil-kontenut qabel il-publikazzjoni u ma zammx il-publikazzjoni; jekk il-wiehed u l-iehor ma jkunux agixxew xjentemnet, tibqa` shieha r-responsabilita` taghhom, izda ikun hemm mitigazzjoni tal-piena fis-sens lijkunu passibbli biss tal-pieni tal-kontravvenzjonijiet. Biex l-istampatur ikun intitolat ghal din il-mitigazzjoni tal-piena hu bizzejjed li hu jipprova li ma kien jaf il-kontenut tal-publikazzjoni; umhux mehtieg li hu jissodisfa l-Qorti li hu lanqas ma seta` jkun jaf b'dak il-kontenut bl-ezercizzju tad-diligenza ordinarja. Il-ligi ma timponix zmien meta l-parti ngurjata ghandha taghmel talba biex tigi publikata s-sentenza li tinghata fil-kawza tal-libell. Sakemm ma tkunx bdiet, jew anzi talvolta ezawrita, il-pronunzjazzjoni tas-sentenza, il-kwerelant mhux prekluz li jaghmel talba ghall-ordni tal-publikazzjoni tas-sentenza; lanqas ma jista` jinghad li dik it-talba ma saretx billima gietx verbalizzata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info