Referenza: Volum 41D (1957), Parti Nru. 2, Taqsima 3, Paġna 900

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/02/1957
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
REV. DON VINCENZO GALEA NE. vs LUIGI CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BOARD TAL-KERA - GUDIKAT - KERA XIERAQ - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Meta l-Board tal-Kera jistabbilixxi l-kera xieraq ta' fond u jiffissa l-gurnata li minnha ghandu jibda jghodd il-kera xieraq kif minnu stabbilit, il-fissazzjoni tad-"dies a quo" f'dik is-sentenza tal-Board ghandha tiftiehem fis-sens illi, fin-nuqqas ta' ftehim iehor validu legalment, il-kera stabbilit ghandu jibda jghaddi mill-gurnata hekk determinata; imma jekk kien hemm ftehim minn qabel, dan majigix revokat bis-sentenza tal-Board, molto pju' meta quddiem il-Board dak il-ftehim ma jkunx issemma u lanqas kien hemm necessita' li jissemma ghax il-ligi stess ippermetti ftehim dwar il-kera gust,u tipprojbixxi biss il-kera accessiv; u meta l-partijiet jirrimettu ruhhom ghall-kera li jiffissa l-Board, ma setghux juniformaw ruhhom ahjar mal-ligi. Ghaldaqstant, jekk il-kirja tkun saret b'keranominali, bil-ftehim li l-kera jkun mill-bidu tal-kirja dak li jigi fissat mill-Board, u l-Board jiffissa gurnata ohra minn meta ghandu jibda jghaddi l-kera minnu stabbilit, il-kera hekk stabbilit ghandu jibda jghaddi mill-gurnata tal-ftehim, u mhux minn dik li tissemma fis-sentenza tal-Board. U lanqas jista' jinghad li s-sentenza tal-Board tikkostitwixxi gudikat bejn il-partijiet anki ghal dak li jirrigwarda d-"dies a quo"; ghax wiehed mill-elementi tal-gudikat hija l-"eadem causa petendi", udin hija differenti fiz-zewg kawzi. Ghax il-procedura quddiem il-Board kienet bazata fuq li l-fondkien haqqu ker izjed, mentri l-kawza l-ohra sussegwenti ghandha bhala bazi u motiv guridiku l-ftehimli l-kera jkun dak stabbilit mill-Board, imma mid-data tal-ftehim bid-dekorrenza mid-data msemmijafil-ftehim.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni