Referenza: Volum 41D (1957), Parti Nru. 1, Taqsima 3, Paġna 752

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/06/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
VINCENZA ABELA vs ASSUNTA FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AWTORITA' SANITARJA - FORZA MAGGURI - LOKAZZJONI - LOKI KOMODU
Fil-Qosor
Xoghol ta' loki komodu u ordnat mill-Awtorita' Sanitarja huwa kunsidrat bhala xoghol ecessjat b'forza magguri u ghalhekk l-inkwilin li ghandu jkun mikri dak il-post, ma jistax jopponi ruhu ghal ezekuzzjoni ta' dak ix-xoghol fuq il-motiv li jarrekalu il-komodu; imma ghandu jbati dak li minn komodu bhala kagunat minn xoghol rikjest minn forza magguri, jew minn cirkostanzi li jekwivalu ghall forza magguri. Fl-esekuzzjoni ta' dan ix-xoghol id-dritt ta; l-ghazla tal-post fejn jitqieghed il-loki komodu jikkompeti li s-sid u ebda ligi ma tivvjetalu dan id-dritt; u l-inkwilin ma jistax jippreteni liloki komodu jitqieghed f'parti ohra tal-fond; kif lanqas ma jista' jippretenddi li xoghol isir f'parti tal-fond li tinvolvi spiza akbar basta l-ghazla da parti tas-sid ma tkunx qeghda ssir b'vessatorja manifesta u f'post manifestamnt dizadat, jew li jkkaguna xi dizagju serju lill-inkwiln. Jekk imbaghad ikun il-kaz li x-xoghol jista jsir f'post iehor banqas inkomodu, dan ma jista qatt jaghti lill-inkwiln il-jedd li jopponi ruhu ghall-esekuzzjoi tax-xoghol, imma biss, se mai, il-jeddd li jitlob indennizz in sede proprja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni