Reference: Volume 41D (1957), Part No. 2, Section 3, Page 846

Judgement Details


Date
26/01/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
CARMELO ROSARIO DIMECH vs ANTONIA FENECH ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APERATURI - ART. 572 TAL-KODICI CIVILI - ART. 794 TAL-PROCEDURA CIVILI - ILLEGITTIMITA' TAL-PERSUNA - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI - MARA - PROVA - PUSSESS - SERVITU' - SPOLL - TIEQA - VJOLENZA
Summary
L-azzjoni ta' spoll hija esperibbli kontra l-awtur tal-ispoll, kif ukoll kontra l-komplici tieghu, fosthom il-mandanti li li jkunu nkarigawh. Ghaldaqstant, mara mizzewga li giet azzjonata ghax hija uzewgha kkommettew spott a dannu tal-attur, billi fil-fond taghhom fethu tieqa li thares fuq il-fondtal-attur, ma tistax tallega li hi ma kellhiex tigi azzjonata billi l-fond li fih infethet it-tieqajapparjeni lill-komunjoni tal-akkwisti li l-kap taghha huwa zewgha; ghax dik il-mara tinsab azzjonata biex tirrispondi personalment tal-ispoll minnha maghmul, li huwa kunsiderat bhala delitt; u ghalhekk hija tenuta personalment ghall-agir taghha, u xejn ma tindahal il-komunjoni tal-akkwisti. Il-pussess fl-ispoljat; bhala wiehed mill-elementi tal-azzjoni ta' spoll, ma ghandux bzonn ikun ta' zmientwil; il-pussess jista' jkun qasir hafna, u sahansitra momentanea. Biex jirrikorri l-element tal-fatt materjali tal-ispoll, mhux mehtieg, biex dan ikun vjolent, li jkun hemm il-"vis atrox" jew "le vie di fatto", imma hu bizzejjed li jkun hemm nuqqas ta' kunsens, espress jew tacitu, ta' min isofril-ispoll. Xejn ma jiswa li l-konvenut fl-azzjoni ta' spoll ikun ikkommetta l-fatt tal-ispoll biex jirrespingi azzjoni ngusta tal-attur; ghaliex, apparti li din hija pretensjoni li tirrigwarda materjapetitorja, l-azzjoni ta' spoll hija ammissibbli anki f'kaz ta' pussess illegittimu; u jekk il-fattingust tal-attur ikun ilu certu zmien li gie kommess, dik l-allegazzjoni xejn ma tiswa anki ghaliexl-eccezzjoni tal-"vim vi repellere" tista' ssehh biss meta l-azzjoni difensiva ssir "confestim", jew"in continenti", u mhux "ex intervallo". L-azzjoni ta' spoll hija ammissibbli anki f'kaz ta' hwejjeg inkorporali, bhal ma huma d-drittijiet kollha; u ghalhekk dik azzjoni hija esperibbli anki f'kazta' ftuh ta' twieqi jew aperturi ohra li jaghtu fuq proprjeta' ta' haddiehor, b'mod li tista' tinholoq servitu'. F'kaz ta' spoll, il-ligi tippermetti biss eccezzjonijiet dikatorji, u billi d-divjet tal-kumula tal-petitorju mal-possessorju huwa ta' ordni publiku, il-principju mhux derogabbli lanqasbil-kunsens espress jew tacitu tal-partijiet; u konsegwentement il-Qorti ma tistax, f'gudizzju possessorju, tiehu konjizzjoni ta' eccezzjonijiet, trattati u diskussi mill-partijiet, li pero' huma ta'indoli petitorja. Ghalhekk ukoll ma humiex ammissibbli fil-possessorju dokumenti u provi li jirriferixxu ghal kwistjonijiet li huma ta' natura petitorja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info