Reference: Volume 41D (1957), Part No. 1, Section 3, Page 764

Judgement Details


Date
29/07/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
MARIANNA PARLAR vs LUCY PSAILA NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1710 TAL-KODICI CIVILI - ART. 218, 59 (1), 593 (2), U 793 TAL-KAP. 15 - BEJGH - LOKAZZJONI - NULLITA' - PROVI - SENTENZA - SULLOKAZZJONI - XHIEDA
Summary
Sentenza kif registrata mir-Registratur tifforma prova awtentika; u ghalhekk, meta l-ismijiet tal-partijiet jinsabu mnizzlin sewwa fiha kif registrata, l-istess sentenza ma tistghax tigi attakkata b'nullita` mhabba zball fl-isem tal-partijiet billi kopja li giet rilaxxjata ta` dik is-sentenza jkun fiha ismijiet differeni, jew zball fl-okkju tal-kawza. Lanqas ma hija nulla dik is-setenza billi n-notament tax-xhieda ma jkunx gie ffirmat mir-Registratur kif ghandu jkun skond il-ligi; ghax l-inosservanza ta` din il-formalita` ma ggib ebda nullita`; u dan izjed u izjed jekk f'sedi ta` appell minndik is-sentenza x-xhud jikkonferma l-kontenut ta` dik ix-xhieda. Fi kwalunkwe kaz, din l-eccezzjonima tistgahx tigi miqguha, meta fis-sustanza taghha s-sentenza tinsab li hija gusta. Is-sullokazzjoni tohloq biss rapporti bejn il-konduttur u subkonduttur, izda ma tohloq ebda relazzjoni diretta bejn is-subkonduttur u l-lokatur, lanqas fil-kaz illi l-koduttur ikollu s-setgha espressa li jkiri l-fond li lhadd iehor; ghaldaqstant is-sublokazzjoni tispicca u tigi rizoluta flimkien mar-rizoluzjoni tal-lokazzjoni princiapli, anki jekk din ir-rioluzzjoni tkun volontarja u mhux gudizzjarja. Biex jinholqu rapporti bejn il-lokatur u s-subinkwilin jehtieg, skond il-ligi taghna, illi l-lokatur ikun espressament heles lill-koduttur mill-obligazzjonijiet tieghu, jew ikun espressament gahraf lis-subkonduttur minflok il-kerrej. Konsegwentement, jekk is-sid ta` fond joqghod fih hu u jissulloka parti minnu li lterza persuna, u mbaghad ibieghu, imma jzommu b'titolu ta` lokazzjoni bil-fakolta` li jissulloka li ldik it-terza persua din it-terza persuna ma tistghax tippretendi li ghandha rapporti dirretti max-xerrej tal-fond; u meta dak li biegh il-fond jirrnunzja ghall-lokazzjoni li zamm, dik it-terza persuna ma jibqaghalhiex ebda titolu biex tibqa` tokkpa l-parti tal-fond li kienet ghandha b'sullokazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info