Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 187

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/05/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
JOHN MICALLEF vs GIULIA BRIFFA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1404 TAL-KODICI CIVILI - KAPARRA - PJAN REGOLATUR - PROMESSA TA' ENFITEWSI - RIGAL
Fil-Qosor
Meta wiehed jobliga ruhu li jiehu bicca art in enfitewsi biex fuqha jtalla' xi binni, u jhallas rigal li jkun suggett ghar-rifuzjoni fil-kaz li l-kuntratt definittiv tal-koncessjoni enfitewtika ma jkunx jista' jsir minhabba diffikultajiet legali, dak ir-rigal ma jistghax jigi kwalifikat bhala kaparra, ghax ma ghandux il-karattri u natura ta' kaparra. U dan ghal hafna ragunijiet, fosthom dik li l-flus li jigu hekk trasferiti fuq l-att tal-konvenju lill-koncedent mhumiex intizi biex, fil-kaz il-kuntratt definittiv isir, jigu mizmuma u imputati ghall-pagament tac-cens jew jigu mregga lura lill-akkwirent, imma huma intizi bhala incitament biex il-koncedent jakkonsenti aktar facilment ghall-operazzjoni tal-koncessjoni enfitwetika. Jekk l-art li tifforma oggett tal-koncessjoni kellha tigi trasferita bhala libera u franka, u jinstab li dik l-art hija affetta minn pjan regolatur li jimpedixxilill-akkwirent milli jaghmel fuqha l-bini li kellu hsieb li jaghmel meta ghamel il-ftehim, dan il-fatt jikkostitwixxi ostaklu legali ghall-ezekuzzjoni tal-ftehim, u l-akkwirent ghandu raguni tajba biex ma jersaqx ghall-att definitiv. Ghax dak il-fatt jikkostitwixxi perikolu ta' evizzjoni; u l-promittent ma jistghax jigi kostrett jadempixxi l-promessa tal-akkwist, jekk bl-ezekuzzjoni tal-promessahuwa jinkontra perikolu ta' evizzjoni. Ghaldaqstant, f'kaz simili, il-promittent ghandu dritt jitlob lura dak ir-rigal minn ghand il-koncedent.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni