Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 178

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/05/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
GEORGE PORTELLI vs NICOLA GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"JUS PREVENTIONIS" - APPELL - ART. 795 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - KONFLITT BEJN IL-QORTI U OHRA - QORTI TA' GHAWDEX
Fil-Qosor
Jekk minn sentenza tal-Qorti ta' Ghawdex fil-Gurisdizzjoni Taghha Superjuri jsiru zewg appelli, wiehed minn parti l-wahda quddiem dik il-Qorti tat-Tieni Istanza u l-iehor mill-parti l-ohra quddiem il-Qorti tat-tieni istanza u l-iehor mill-parti l-ohra quddiem il-Qorti ta' l-Appell tal-Maesta' Taghhar-Regina, u l-Qorti ta' l-Appell tal-maesta' taghha r-Regina tordna li l-appell migjub quddiemha jigi mholli "sine die " sakemm jinqata' l-appell quddiem il-Qorti ta' Ghawdex bhala Qorti tat-Tieni Istanza, ma hux floku u opportun il-provvediment tal-Qorti ta' l-Appell ta' Ghawdex li bis-sahha tieghu dik il-Qorti, non ostante l-ordni tal-Qorti ta' l-Appell tal-Maesta Taghha r-Regina, thalli l-appell li ghandha quddiemha "sine die"; ghaliex (a) provvediment simili ma jistax hlief ikollu l-effettli jigi mwaqqaf il-kors tal-gustizzja u li din tigi denegata, (b) dak il-provvediment jimplika ordnilill-Qorti ta' l-Appell tal-Maesta' Taghha r-Regina li tirrecedi mid-differiment "sine die" ga minnha ornat u tipprosegwi t-trattazzjoni tal-kawza, u (c), jekk l-appell quddiem il-Qorti ta' Ghawdex sar qabel dak li sar quddiem il-Qorti ta' l-Appell tal-Maesta' Taghha r-Regina, jehtieg li jigi osservat il-"Jus Preventionis". Jekk, imbaghad, quddiem, il-Qorti ta' l-Appell tal-Maesta' Taghha r-Regina, id-difensuri jkunu ddikjaraw li huma jaqblu li jigi qabel xejn deciz l-appell quddiem il-Qorti ta' Ghawdex, dan il-ftehim bejn il-partijiet ghandu mportanza kbira. L-ispirtu tal-ligi hu illi l-kawza ghandha tipprosegwi quddiem il-Qorti l-ewwel adita; u f'materja ta' konflitt bejn Qorti u ohra,il-kriterju adottat mil-legislazzjoni l-aktar akkreditati hu dak li l-incident jigi regolat mill-Qorti ta' grad superjuri ghall-Qorti ta' grad superjuri. Ghalhekk ladarba l-Qorti ta' l-Appell tal-maesta' Taghha r-Regina hija organikament ta' grad superjuri ghall-Qorti ta' grad superjuri ghall-Qortit'Ghawdex bhala Qorti tat-tieni Istanza, hu ghall-anqas deziderabbli li dak il-provvediment tal-Qorti ta' l-Appell tal-Maesta' Taghha r-Regina jigi rispettat mill-Qorti ta' l-Appell ta' Ghawdex, u mhux newtralizzat bi provvediment iehor li l-effett tieghu, sakemm ma jitnehhiex, ikun li tigi mwaqqfa l-amministrazzjoni tal-gustizzja bi hsara tal-kontendenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni