Reference: Volume 40A (1956), Part No. 1, Section 1, Page 94

Judgement Details


Date
16/04/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CARMELO DELIA vs MICHELE BUONTEMPO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1493 U 1494 KODICI CIVILI - FRUTTI - INTERESSI - RETRATT - RIGAL - SPEJJEZ LEGITTIMI - SPEJJEZ UTILI U NECESSARJI
Summary
Il-koncett tal-ligi, meta tistabbilixxi d-dritt tar-retraent ghar-rimbori tal-ispejjez biss legittimi, mhux limitattiv, imma biss jeskludi dawk li jkunu kapriccuzi jew, kif jissejhu, voluttwarji, jewli jkunu saru biex jigu eluzi l-interessi tar-retraent, jew sabiex dan jigi skoraggit mill-ezercizzju tad-dritt tieghu. Ghaldaqstant, jekk ir-retratarju kien hallas xi rigal biex jassikura l-akkwisttal-fond irkuprat u ma tisfrattalux l-okkazjoni li jakkwistah, huwa ghandu dritt ghar-rimborz ta' dak ir-rigal minn ghand ir-retraent; u dan flimkien mal-imghax fuqu mill-jum li fih huwa hallas dak ir-rigal. Ghax huwa principju fondamentali tal-ligi taghna li r-retraent jassumi l-pozizzjoni tar-retrattarju, li jitqies bhal kieku qatt ma kien ix-xerrej; u ghalhekk ma ghandux isofri ebda spiza legittima li hu jkun ghamel fl-okkazjoni tal-bejgh u fil-perijodu li kien jahseb li hu sid il-post; u ta' dik l-ispiza ghandu jigi rimborzat mir-retraent; u rigal imhallas biex ir-retrattarju ma jitlefx l-akkwist tal-fond ma jistax jigi kunsidrat bhala spiza mhux legittima. Kwantu ghall-ispejjez necessarji u utili li r-retrattarju jaghmel fil-fond, din in-necessita' u utilita' ghandha tigi kunsidratafil-mument meta tigi ezegwita l-ispiza, u mhux fil-mument meta jigi ezercitat l-irkupru; l-ghaliexdawk l-ispejjez jibqghu rifondibbli anki jekk, meta jigi ezercitat ir-retratt, jigi nieqes l-effettoriginali, taghhom, purke' r-retrattarju jew kwalunkwe possessur iehor precedenti ma jkunx "in kulpa" ghall-effett negattiv taghhom. U l-utilita' tal-ispiza korrispondenti ghax-xoghol in natura tridtigi kunsidrata fil-kospett tar-retrattarju, u mhux tar-retraent. Fuq dawn l-ispejjez utili u necessarji r-retraent ghandu wkoll dritt ghall-interessi mill-jum tar-rispettivi zborzi; u mhix attendibbli l-pretensjoni li dawn l-imghaxijiet huma dovuti mill-jum tal-likwidazzjoni taghhom; ghax il-principju "in liquidandis non fit mora" ghandu jcedi di fronti ghad-dispozizzjoni esplicita tal-ligi li tistabbilixxi li r-retrattarju ghandu dritt ghall-imghaxijiet minn dak inhar li jkun hareg kull wahdamis-somom li ghandhom jigu mhallsa lilu; u l-uniku temperament sancit mill-ligi ghal din id-dispozizzjoni huwa dak tad-deduzzjoni tal-frottijiet minn dak in-nhar tal-bejgh li ta lok ghall-irkupru, bil-fakolta' lir-retrattarju li jista jzomm dawk il-frottijiet u jirrinunzja ghall-imghaxijiet. Jekk,pero', jirrizulta li xi uhud minn dawn l-ispejjez saru meta r-retrattarju ma kellu ebda dubju li r-retraent kien sejjer imexxi l-quddiem l-irkupru, u ntant ir-retraent, bhala kompromess, jaderixxi lijzomm dawk l-ispejjez u jirrimborza lir-retrattarju, ma ghandhomx ikunu dovuti imghaxijiet fuqhom.Fost dawn l-ispejjez utili u necessarji ma jidholx rigal li r-retrattarju jkun hallas u li jirrapprezenta l-valur awmentat tal-fond irkuprat, bhal ma hu rigal li hu jkun hallas biex rawwem il-post ugiebu l-quddiem; ghax dan ma hux spiza maghmula "fil-haga", imma huwa hidma u industrija tal-persuna; u gie deciz li r-retrattarju ma ghandux dritt ghar-rimborz tal-awmentat valur tal-fond li jkun sarbil-hidma jew industrija tieghu fl-intervall bejn il-jum tal-bejgh u dak tal-ezercizzju tar-retratt. Ir-retrattarju, mill-banda l-ohra, jekk jaghzel l-imghaxijiet, ghandu jrodd lir-retraent il-frutti li hu jkun dahhal mil-fond u dawk li hu seta' dahhal bid-diligenza ta' missier tajjeb tal-familja.U jekk ir-retrattarju kien jokkupa l-fond huwa stess, hu obligat ihallas lir-retraent kumpens adegwat ghal dik l-okkupazzjoni skond l-uzu li hu jkun ghamel mil-fond; u dan billi jhallas il-kera tal-fond bhala dar tal-abitazzjoni, jekk u sakemm ghamel uzu mill-fond bhala dar tal-abitazzjoni, u l-kera tal-fond bhala fond kummercjali, jekk u sakemm ikun ghamel mil-fond uzu ta' fond kummercjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info