Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 166

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/05/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, GOUDER TANCRED
Partijiet
RUGGIERO CALI vs PERIT U ARKITETT U INGINIER CIVILI GEORGE GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2254 (C) U 2216 TAL-KODICI CIVILI - PERIT - PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
Il-preskrizzjoni ta' sentejn li tolqot l-azzjonijiet tal-persuni li jezercitaw professjoni jew artiliberali, ohra, bhal ma huma l-periti, ghad-drittijiet taghhom u l-ispejjez li jaghmlu, mhix applikabbli meta dawk id-drittijiet ma jintalbux bhala tali, imma jintalbu bis-sahha ta' ftehim specjali lijkun hemm bejn il-partijiet; ghax il-"causa debendi" f'dan il-kaz ikun dak il-ftehim specjali, fil-waqt li x-xoghol u l-intercessjoni tal-attur hija l-"causa causans" ta' dak il-ftehim. U l-preskrizzjoni ghandha tkun limitata strettament ghall-kazi li ghalihom hija stabbilita, u ma tistghax tigi estiza ghal kazi ohra. Jekk mbghad il-konvenut ikun qajjem dik l-eccezzjoni ta' sentejn biss, il-Qorti ma tistghax tapplika preskrizzjoni ohra "ex officio"; ghax l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni, biex il-Qorti tikkunsidraha, jehtieg li tkun specifikata mill-eccipjenti, u mhux bizzejjed li l-eccipjentjghid li jaghti l-eccezzjoni ta' kwalunkwe preskrizzjoni ohra skond il-ligi. Ghax xort'ohra l-Qortitkun qeghda tissupplixxi ghall-parti eccipjenti f'materja odjuza li fiha ma tistax tiehu inizjattiva; u fl-assenza ta' indikazzjoni cara u specifika ta' preskrizzjoni ohra, l-eccezzjoni alternattivatal-preskrizzjoni moghtija mill-eccipjent mhix attendibbli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni