Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 73

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/03/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CARMELA FENECH PR. ET NE. vs ANTONIO GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"DAMNUM EMERGENS" - "LUCRUM CESSANS" - ART. 1088 U 1089 TAL-KODICI CIVILI - DANNI
Fil-Qosor
F'materja ta' danni kagunati b'ghemil dannuz li jikkaguna l-mewt ta' persuna, hu difficili li wiehedjifhem kif tista' tigi avanzata t-teorija li ha hemmx lok ghar-rizarciment tal-"lucrum cessans". Ghax il-ligi espressament taghti bhala rizarciment ta' danni mhux biss id-"damnum emergens", imma anki l-"lucrum cessans", jigifieri t-telf ta' qliegh li tbati l-quddiem il-persuna danneggjata minhabbainkapacita' ghal dejjem, totali jew parzjali, kagunata b'dak l-ghemil, u tispjega kif ghandha tigifis-sata s-somma tal-"lucrum cessans". Mbghad tkompli tghid li, meta l-ghemil doluz ikun gieb il-mewt, minbarra d-"damnum emergens", tinghata lill-werrieta tal-mejjet bhala danni somma, likwidabbli bhal fil-kaz ta' inkapacita' ghal dejjem, totali jew parzjali, li hi appuntu s-somma tal-"lucrum cessans". Jekk id-dannu ma jkunx gie kagunat b'ghemil doluz, is-somma likwidata ma tistax tkun aktar mil-limiti massimu ta' £1,200; u l-fissazzjoni tas-somma hija rimessa ghall-arbitriju diskrezzjonali tal-Qorti fil-limiti traccjat mill-ligi ta' £1,200. F'din il-materja ma hemmx regoli fissi u inflessibbli, ma hemmx "quantitative scale" tad-danni; ghax kollox jiddependi mic-cirkustanzi ta' kaz. U l-ligi, ghall-gwida tal-Qorti fl-ezercizzju tad-diskrezzjoni taghha, tindika bhala kriterji (1) ic-cirkustanzi tal-kaz, (2) ix-xorta u grad tal-inkapacita', (3) u l-kondizzjoni tal-persuna li tbati l-hsara. Kaz fejn giet maqtula persuna bl-ghemil imprudenti ta' kaccatur, u l-Qorti tal-Ewwel Grad akkordat bhala danni lill-werrieta tal-vittima s-somma massima ta' £1,200. Liema somma giet mill-Qortital-Appell ridotta ghal £1,000.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni