Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 245

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/06/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A., HARDING WILLIAM
Partijiet
AVUKAT DOTTOR ANTONIO CARUANA vs VINCENT GALEA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1530(1) TAL-KODICI CIVILI - NULLITA' - PROVA - RETRATT KONVENZJONALI - SIMULAZZJONI
Fil-Qosor
Hu minnu li l-venditur li jkun irrizerva favur tieghu nnifsu d-dritt ta' rkupru fl-att tal-bejgh ghandu d-dritt jezercita dak l-irkupru, hekk minnu rizervat, anki jekk jaghmlu bil-hsieb li jbiegh il-fond lil haddiehor, u b'hekk jirrikava vantagg, jew bi skop li jigi eluz id-dritt ta' rkupru ta' haddiehor, izda tkun diversa l-kwistjoni meta tkun trid tigi nficjata u annullata dik ir-rizerva tar-retratt konvenzjonali fuq l-allegazzjoni fuq l-allegazzjoni li dik ir-rizerva giet maghmula mhux fl-interess tal-venditur, imma f'dak tal-istess kumpratur. Il-venditur fuq l-att tal-bejgh jista' jirrizerva d-dritt li jiehu lura l-haga minnu mibjugha; izda dan id-dritt il-venditur jista' jirrizervah biss ghalih u mhux ghal hadd iehor. Jekk il-provi juru li dik ir-rizerva tkun saret fl-interess tal-kumpratur, dik ir-rizerva hija nulla, ghax kuntrarja ghall-ligi. Huwa maghruf li l-frode u s-simulazzjoni difficilment jistghu jigu pruvati, minhabba l-kawteli li jittiehdu biex tigi maskerata l-verita' imma hu wkoll maghruf li jistghu jirrizultaw minn prezunzjonijiet u cirkostanzi li jkunu rilevanti, precizi u konkordanti, li jikkonvincu l-gudikant li kien hemm l-allegata frode jeusimulazzjoni.Fil-kaz prezenti, il-Qorti zammet u qatghet li l-provi kienu juru li r-retratt konvenzjonali kiengie riservat favur il-kumpratur; u konsegwentement ir-retratt konvenzjonali ezercitat bis-sahha ta'dik ir-rizerva gie dikjarat null.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni