Referenza: Volum 44B (1960), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 215

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/1960
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CARMELO FARRUGIA vs PAOLO FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI KONFESSORJA - DRITT TA' OBLIGAZZJONI - PASSAGG - SERVITU'
Fil-Qosor
Azzjoni li biha gabillott ta' raba' jitlob deklaratorja fis-sens li hu ghandu dritt jipprattika passagg fuq raba' li hu tal-istess sid, imma detenut minn gabillot iehor, ghandha l-apparenza ta' azzjoni konfessorja; imma billi azzjoni simili ma tirrigwardax servitu' predjal, vera u proprja, imma bissdak il-"modus vivendi" bejn id-diversi gabillotti ta' raba' tal-istess sid uniku lilhom moghti "titulo conductionis", li minnu jorigina dak li fil-gurisprudenza nostrali jissejjah "servigi" bejn raba' u iehor li jaghtu lok ghal dritt ta' obligazzjoni, ghalhekk id-dezinjazzjoni ta' azzjoni konfessorja mhix ezatta; ghax l-azzjonijiet petitorji ma jikkompetux lil min ma hux proprjetarju, izda konduttur biss. Azzjoni simili proprjament hi ghal dikjarazzjoni ta' dritt, bazat pero' fuq stat ta' fattimperanti bejn il-kondutturi fir-relazzjonijiet ta' bejniethom "quoad possessum" b'titolu lokatizju; u din l-azzjoni, kontenuta f'dawn il-limiti, hija ammissibbli; u l-gurisprudenza toffri kontinwament ezempji numeruzi. F'azzjoni simili l-attur, sabiex jirnexxi fl-istanza tieghu, jehtieglu jipprova konkludentement li skond il-"modus vivendi" stabbilit u accettat mill-gabillotti nteressati hu ghandu d-dritt li jezercita l-"jus itineris" minnu pretiz; u xejn ma tiswielu, biex b'xi mod isostni l-pretensjoni tieghu, ic-cirkustanza li l-bicca raba' mikrija ghandu hi relattivament interkjuza, ghax, ghalkemm hu jista' jghaddi ghaliha mit-triq, din hi twila u mhux possibbli li jghaddi bil-bhima; ghaliex, salvi cirkustanzi ohra, is-semplici lontananza tla-fond mit-triq publika ma hix bizzejjed.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni