Referenza: Volum 44B (1960), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 178

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/06/1960
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J.
Partijiet
GIORGIO ZAMMIT vs FRANCESCA BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AKKWIJEXXENZA - APPELL - ART. 512 TAL-KODICI CIVILI - NOTA TAL-APPELL - NULLITA' - PASSAGG - SERVITU' - TITOLU
Fil-Qosor
Appell huwa null jekk fin-nota tal-appell ma tkunx issemmiet is-sentenza li minnha jsir l-appell; ughaldaqstant, jekk wiehed jappella minn zewg sentenzi moghtija fl-istess kawza, imma fin-nota tal-appell isemmi biss l-ahhar sentenza u ma jsemmix ukoll l-ewwel sentenza, l-appell mit-tieni sentenza huwa validu, imma dak mill-ewwel sentenza huwa null. Huwa null ukoll l-appell jekk l-appellant kien ghamel nota tal-appell mis-sentenza li jrid jimpunja, u mbghad ma kompliex l-appell; ghax minn hekk tigi ndotta l-akkwijexxenza tieghu ghas-sentenza li in segwitu jrid jimpunja. Is-servitu ta' passagghija diskontinwa, u bhala tali ma tistghax tigi kreata hlief b's-sahha ta' titolu, ammenokke' ma jkunx il-kaz ta' fond interkjuz. U l-proa li jrid jaghmel min jippretendi s-servitu' trid tkun fit-termini tac-citazzjoni; b'mod illi, jekk hu jippretendi li ghandu dritt ta' passagg fuq fond, mhux generikament, imma b'certu mod, hu ghandu jipprova anki t-titolu tal-mod kif jippretendi li ghandu dritt jipprattika l-passagg. Ghax il-ligi stess tezigi li s-servitu' ghandha tigi ezercitata skond it-termini tat-titolu. Billi wiehed jakkwista fond bhala li jgawdi dritt ta' passagg fuq fond fuq fondkontigwu, ebda prova ma tidderiva favur tieghu mill-att tal-akkwist; ghaliex id-dikjarazzjoni tal-venditur fis-sens li l-fond minnu trasferit igawdi dritt ta' passagg fuq fond kontigwu, ma tiswa xejnbhala titolu li tezigi l-ligi, jekk is-sid tal-fond pretiz serventi ma jkun ha ebda parti f'dak l-att. F'materja ta' kostituzzjoni ta' servitu' l-interpretazzjoni ghandha tkun restrittiva favur il-fond pretiz serventi; u ma jistghux isiru kongetturi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni