Referenza: Volum 43E (1959), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1052

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/05/1959
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
CARRIE CAMILLERI vs JOHN AQUILINA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ANIMUS INJURIANDI" - INGURJA
Fil-Qosor
L-istess indeterminatezza ta' kliem ingurjuz tista' tkun tali, skond il-mod kif wiehed ikun qalhom,li jaghtu x'wiehed jahseb li hemm, potenzjalment, affarjiet li jistghu jkunu ta' certa gravita, li ma jinghadux specjalment meta huma ndirizzati ghal xebba. Hu veru li, jekk persuna tkun gustifikatali tahseb, ghal ragunijiet tajba, li hadd iehor ikkommetta xi att ghad-dannu taghha, tista' tirrinfaccjalu dak l-att, avvolja b'daqshekk ikun hemm imputazzjoni ngurjuza, basta l-persuna li tirrinfaccjah lil hadd iehor tahseb in buona fede li dak l-att gie kommess. Pero' jekk il-kwerelat jinnega liqal dawk il-kliem, hu jqieghed ruhu fl-impossibbilita' li jkun intitolat ghal dan il-principju skriminanti; ghaliex b'daqshekk mhux talli ma jipprova bl-ebda mod li hu seta' kien qed jahseb ragjonevolment, fuq motivi plawsibbli, li l-kwerelanti kien ghamel l-att lamentat, imma anzi juri, bil-fatt lijaghti versjoni tal-fatti inveritjera, li hu ma hux fi grad li jissostanzja dak li qal, sija pure billi juri almenu li kellu ragunijiet tajba biex jahseb veru dak li kien qieghed jghid, anki jekk majippuvahx b'mod assolut.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni