Reference: Volume 43E (1959), Part No. 4, Section , Page 1140

Judgement Details


Date
12/12/1959
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
FLORES JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs CARMEL CASSAR PARNIS
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPROPRJAZZJONI INDEBITA - TRUFFA
Summary
Ir-reat ta' truffa jiddistingwi ruhu essenzjalment minn dak ta' approprjazzjoni indebita, in kwantufl-ewwel ipotesi l-pussess tal-oggett li minnu jsir profitt indebitu jigi ottenut bhala rizultat ta'ngann adoperat mil-konsenjatarju, mentri fl-ipotesi l-ohra dak il-pussess ikun gie konsegwit mill-konsenjatarju legittimament, cjoe' minghajr ingann. Fit-truffa l-ligi riedet rimpedixxi l-inganni ghat-trasferiment ta' oggett biex isir profitt indebitu minnu; fl-approprjazzjoni ndebita l-ligi riedet tevita li min ikollu legittimament haga ta' haddiehor ma jabbuzax mill-fiducja lilu moghtija u jiddisponi minnha bhala tieghu. Ghalkemm minhabba f'din id-distinzjoni, l-approprjazzjoni ndebita hijakunsidrata mill-ligi anqas gravi mit-truffa, iz-zewg reati ghandhom bhala karatteristika principalil-lezzjoni tad-dritt tal-proprjeta', jew dritt iehor reali, minghajr il-vjolazzjoni tal-pussess; uhuma t-tnejn talvolta maghrufa fid-dottrina bhala "furto improprio". Minhabba din l-affinita' guridika u naturali taz-zewg reati, jekk l-imputat gie kundannat bhala hati ta' approprjazzjoni ndebita,u f'appell li jaghmel mis-sentenza jsostni li l-fatti jikkostitwixxu truffa, jekk qatt, u mhux approprjazzjoni ndebita, il-Qorti tal-Appell ma tistghax tillibera l-imputat, ankorke' kellha tkun tal-opinjoni illi l-pussess tal-flus gie mill-imputat ottenut per mezz ta' ngann taht forma ta' pretest lijadoperahom skond ix-xewqa ta' min fdahomlu f'idejgh.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info