Referenza: Volum 43E (1959), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1004

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/03/1959
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs EDGAR GRIXTI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 6(B) TAL-ORIDINAZA TAL-EMERGENZA NO. 1 TAL-1958 - ART. 94 TAL-KODICI KRIMINALI - INSULTI LILL-PULIZIJA - KSUR TAL-PACI PUBLIKA - PIENA
Fil-Qosor
L-ordinanza tal-emergenza nru. 1 tal-1958 tikkontempla r-reat ta`min igib ruhu b'modtali li jista` jgib ksur tal-paci publika. Din l-imgieba ghandha tigi kunsidrata fil-kwadru tac-cirkustanzi; u jekktkun tikkonsisti fi kliem ingurjuz lill-membri tal-Pulizija filwaqt lijkunu jaqdu d-dmirijiet taghhom, u fic-cirkustanzi dawn il-kliem setghu jgibu ksur tal-paci publika, hemm dan ir-reat taht il-Ligi tal-Emergenza. Imma dan hu r-reat gravjuri, li jassorbixxi l-iehor attribwit lill-imputat ta` ngurji lill-Pulizija, uhuwa punibli skond dik l-Ordinanza. Mhix f'lokha l-osservazzjoni li di il-ligital-emergenza aktarx riedet tiddikjara certi reati specjali, mentri r-reat ta` insult lill-membri tal-Pulizija kien kopert bil-ligi ordinarja; ghax irr-eat ta` ksur tal-paci publika huwa reat specalikontemplat mil-ligi tal-emergenza, ghad li l-mezz li bih jigi perpetrat jista` jkun imsemmi fil-ligiordinarja. Ghalhekk ukoll hija inattendibbli l-osservazzjoni li l-Qorti jmissha applikat piena aktar miti minn dik prekritta mil-ligi tal-emergenza; u l-Qorti tal-Appell, fuq l-istregwa tal-gurisprudenza in propzitu, li ilha zmien, ma tvarjax il-piena nflitta mill-Ewwel Qorti, meta din ma kunx kontra l-ligi jew manifestament oppresiva.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni