Referenza: Volum 37B (1953), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 430

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/01/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CATERINA BONELLO vs MARIA BONACI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AVVJAMENT - BOARD TAL-KERA - HANUT - KOMPETENZA - LOKAZZJONI - ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
Jekk il-kuntratt ta' lokazzjoni jkollu bhala oggett hanut bhala "bare premises", huwa kompetenti biex jiehu konjizzjoni ta' kawza ghall-izgumbrament ta' l-inkwilin minn dak il-fond il-Board tal-Kera;mentri jekk dan il-hanut ikun mikri flimkien ma' l-avvjament tieghu, huwa kompetenti t-tribunal ordinarju. L-ezistenza ta' lampi u vetrini fil-post adibit bhala hanut, ga uzat bhala hanut, u lokat biex jigi uzat bhala hanut, ma tirrendix il-lokazzjoni ta' dak il-hanut bhala lokazzjoni ta' hanut ammobilit, ammenokke' l-oggetti li jkunu fil-hanut ma jkunux dawk necessarji ghall-avvjament partikulari li wkoll ikun gie trasferit. Biex kuntratt ta' lokazzjoni ma jigix ritenut li jaqa' taht il-kompetenza tal-Board tal-Kera, hemm bzonn illi anki l-avvjament ikun jifforma oggett tal-kuntratt. Mhuxbilli wiehed ihalli ftit oggetti fil-post, b'daqshekk ikun qieghed jikrieh bhala "business concern".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni