Referenza: Volum 37B (1953), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 472

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/05/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED
Partijiet
KIHNA T. BALANI NE. vs PAOLO MIFSUD PR. ET NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASSIKURAZZJONI - BASTIMENT - DANNI - POLZA TAL-KARIKU - RAKKOMANDATARJU
Fil-Qosor
Ir-responsabilita' tar-rakkomandatarju tispicca malli l-merkanzija titwassal fuq il-moll fil-"verandas" tal-Gvern. L-estensjoni tar-responsabilita' ta' lagent tal-vapur fil-post ta' l-izbark tal-merkanzija ghandha titqies precizament kif pattwita fil-post tal-karikazzjoni mill-armatur jew l-agent ta' l-istess vapur. Ghaldaqstant, darba l-merkanzija giet imwassla l-art, ir-responsabilita' tar-rakkomandatarju tispicca, u hu ma jkunx responsabbli ghad-danni jekk wara l-merkanzija ma tinstabx aktar. Id-destinatarju tal-merkanzija li kienet assikurata, meta din tigi misruqa wara li giet zbarkata, li jonqos li jaghmel ir-reklam tieghu kontra s-sikurta' fiz-zmien ta' sena mill-prezunt arriv tal-merkanzija, jitlef l-azzjoni ghad-danni minhabba l-inkurja tieghu. U billi in segwiu r-rakkomandazzjoni jallega li l-merkanzija qatt ma kienet fil-fatt giet zbarkata, u dan jaghmlu wara li jkun ghadda z-zmien li fih id-desinatarju seta' jirreklama kontra l-kumpannija assikuratrici bil-procedura solita, u dik id-dikjarazzjoni tkun inveridika, id-destinatarju ma ghandux dritt jibbaza azzjoni ta' danni kontra dak ir-rakkomadazzjoni fuq il-motiv li r-rakkomandatarju ghamel tardivament dikjarazzjoni li l-merkanzija kienet "short landed"; ghax dikjarazzjoni falza ma tistax tkun legalment produttiva ta' drittijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni