Reference: Volume 33G (1949), Part No. 4, Section , Page 850

Judgement Details


Date
28/03/1949
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs GIUZEPPI BONNICI - ARA SENTENZA FIL-MERITU TAL-20 TA' GUNJU 1949 (PUBLIKATA)
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 626 U 625 TAL-KODICI KRIMINALI - ETA' - GURAMENT - XHIEDA
Summary
Il-Ligi Maltija ma tekludix lil hadd milli jaghti x-xhieda tieghu minhabba li ma jkollux xi eta' partikulari; izda hemm bzonn li l-Qorti tkun soddisfatta illi x-xhud, ghalkemm mhux ta' l-eta', jaf lihi haga hazina li wiehed jixhed il-falz. Barra minn dan, meta l-Qorti, minhabba l-eta' tax-xhud, ikollha dubju jekk hu jifhemx l-importanza tal-gurament, anki wara t-tifsir tal-Qorti, u jkun jidhrilha mehtieg illi x-xhud, qabel ma jixhed, ghandu jigi nfurmat ahjar dwar il-konsegwenzi ta' xhieda falza, hija tista', jekk fil-fehma taghha dik ix-xhieda hija rilevanti, thalli l-kawza ghal gurnata ohra. Ghalhekk ma hux korrett illi Magistrat jisma' xhud, li mhux ta' l-eta', bla gurament, u jaghmelassenjament fuq id-dikjarazzjonijiet ta' dak ix-xhud, minghajr ma jaghti kaz ta' dawn id-dispozizzjonijiet. Il-Magistrat ghandu jezamina jekk dak ix-xhud jifhemx l-importanza tal-gurament, u jekk majkunx soddisfatt, jilicenzjah bhala xhud inkompetenti. Fil-kaz prezenti l-Magistrat sama' xhud tahtl-eta' bla gurament u minghajr ma ezamina jekk dak ix-xhud kienx jaf x'inhija l-importanza tal-gurament. Fl-appell dik ix-xhieda giet impunjata; u l-Qorti ta' l-Appell irrimedjat billi tat provvediment biex tigi esplorata l-possibilita' li dak ix-xhud jigi istruwit dwar x'inhu l-gurament; salvo limbaghad, wara, il-Qorti tezamina hija stess jekk il-grad ta' dak li jaf u jifhem ix-xhud ikunx bizzejjed biex jirrendih kompetenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info