Reference: Volume 39B (1955), Part No. 1, Section , Page 243

Judgement Details


Date
17/06/1955
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
VENERANDA FARRUGIA ET. vs GIUSEPPE BORG ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BIEB DIVIZORJU - CITAZZJONI - INKONVENJENT - KAWZALI - LICENZA - LOKAZZJONI - MAKKINARJU - SERVITU'
Summary
Biex il-proprjetarju jista' jagixxi kontra l-inkwilin ghar-rimozzjoni ta' inkonvenjent, provenjentiminn makkinarju introdott fil-fond, hu mehtieg mhux biss l-element tad-dannu, imma wkoll dak ta' l-abbuz ta' l-inkwilin. Il-fatt li l-Pulizija taghti l-permess ghall-impjant ta' makkinarju ma jippregudikax id-drittijiet tat-terzi li jitolbu r-rimozzjoni ta' dak il-makkinarju; imma l-fatt li l-Pulizija tirrinova dak il-permess, anki wara li jkunu sarilha xi lamenti minn sid il-post fejn gie impjantat il-makkinarju, juri "prima facie" illi d-dannu lamentat ma jirrizultax. Ghalkemm il-kawzali ghandha tirrizulta mic-citazzjoni, u mhux mid-dikjarazzjoni, u l-ligi tirrikjedi li fic-citazzjoni tkun indikata, barra t-talba, anki l-kawzali taghha, din il-kawzali f'certi kazi tkun hekk insita u nvoluta fid-domanda, illi ma hemmx bzonn li tigi espressa apparti; b'mod li d-domanda tista' titharesfuq il-kawzali kif espressa u ndikata u ndikata fid-dikjarazzjoni. Il-Qorti ma tistax tikkunsidra l-azzjoni fuq kawzali mhux dedotta; ghax il-kawzali ma tistax titbiddel u l-Qorti ghandha toqghod biss fuq il-kawzali u t-talba dedotti, u xejn izjed. Il-ftuh ta' bieb divizorju li inkwilin jaghmel f'zewg fondi mikrijin ghandu biex iniffidhom ma jistax jippregudika d-drittijiet tas-sidien ta' fond wiehed u tal-fond kontigwu; ghax l-inkwilin ma jistax johloq servitujiet fuq il-fond mikri ghandu, us-sid tal-post jista' dejjem, meta tispicca l-lokazzjoni, jezigi li l-bieb jerga' jinbena, u b'hekkjitnehha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info