Reference: Volume 37A (1953), Part No. 1, Section 1, Page 197

Judgement Details


Date
13/06/1953
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
MARIANO SARE' vs ANTONIO ELLUL ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPALT - ART. 1734, 1111, 1173 (2), 1176 U 1177 TAL-KODICI CIVILI - FORZA MAGGURI - KAZ FORTUWITU - KONDIZZJONI RIZOLUTIVA - KOSTITUZZJONI IN MORA - MANDAT - OBBLIGAZZJONI - RINUNZJA - TERMINU
Summary
Id-dispozizzjoni ekwitativa tal-ligi li takkorda lill-appaltatur id-dritt ghall-hlas tax-xoghol li jkun lahaq ghamel fl-ezekuzzjoni ta' l-appalt u ghal kumpens skond il-profitti li kien jaghmel mill-ezekuzzjoni ta' dak l-appalt, meta l-appaltant ixolji l-appalt u jwaqqaf lill-appaltatur mill-kontinwazzjoni tax-xoghol, tippresupponi recess arbitarju ta' l-appaltant mill-kuntratt ta' l-appalt ghal ragunijiet personali jew ta' interess li huwa mhux obligat jispjegahom jew jiggustifika l-legittimita' taghhom. Ghall-kuntrarju, meta r-recess ta' l-appaltant huwa bazat fuq l-inadempjenza ta' l-appaltatur, allura mhix applikabili dik id-dispozizzjoni ekwitativa, izda jissubentraw il-principji komuni relativi ghar-rizoluzzjoni tal-kuntratti, fejn it-tribunal ghandu jfittex jekk kienx hemm dik l-inadempjenza. Imma jekk l-appaltatur ikun irrinunzja ghall-appalt, huwa ma jistax jinvoka favur tieghu dik id-dispozizzjoni ekwitativa. Billi fil-ftehim ta' l-appalt ma jkunx gie stipulat zmien li fihkellu jitlesta x-xoghol, dana ma jfisserx illi l-appaltatur ghandu d-dritt ilesti x-xoghol meta jrid hu; izda jfisser biss li l-appaltant ghandu d-dmir li jikkostitwixxi in mora lill-appaltatur, billi jaghtih zmien ragjonevoli u proporzjonat biex jaghmel ix-xoghol. Id-debitur jibqa' dejjem responsabili ghall-inadempiment ta' l-obligazzjoni minnu assunta sakemm ma jippruvawx li l-inadempiment kien dovut ghal kawza estranea, forza magguri jew kaz fortuwitu: b'mod li hu jibqa' dejjem tenut jekk l-obligazzjoni ma gietx adempita bi htija tieghu jew ta' terzi persuni mqabbdin minnu. Ghaldaqstantl-appaltatur huwa responsabili ghall-htijiet tal-persuni li huwa jqabbad fl-ezekuzzjoni tal-mandat;ghax huwa mandant ta' dawk il-persuni, u bhala mandant huwa tenut ghall-htijiet tal-mandatarji tieghu. L-appalt huwa kuntratt sinallagmatiku, bilaterali, fejn il-kondizzjoni rizolutiva hija dejjem sottintiza ghall-kaz li wahda mill-partijiet tonqos ghall-obligazzjonijiet taghha; izda l-kuntratt majigix rizolut "ipso jure", imma b'ministeru tal-Qorti li mehuda in konsiderazzjoni c-cirkustanzi kollha, tista' taghti zmien ragjonevoli lid-debitur ghall-ezekuzzjoni ta' l-obligi tieghu; salvi dispozizzjonijiet specjali tal-ligi dwar il-kuntratt tal-bejgh. Ghaldaqstant l-appaltant ma jistax "marteproprio" jxolji l-appalt fuq l-allegazzjoni ta' inadempienza ta' l-appaltatur, minghajr ma jirrikorri lill-Qorti, li tista', fil-kaz li jidhrilha xieraq, taghti lill-appaltatur terminu ragjonevoli ghall-ezekuzzjoni ta' l-appalt. Imma l-appaltant terminu ragjonevoli ghall-ezekuzzjoni ta' l-appalt.Imma l-appaltant jibqa' dejjem liberu li jxolji l-appalt bis-sahha tad-dispozizzjoni ekwitativa fuqimsemmija. U ghalhekk, jekk l-appaltant ikun xolja l-appalt fuq allegata inadempjenza ta' l-appaltatur minghajr ma jkun irrikorra lill-Qorti fis-sens fuq imfisser, l-appalt jibqa' xjolt bis-sahha ta' dik id-dispozizzjoni ekwitativa; biss l-appaltant jibqa tenut li jhallas lill-appaltatur l-ispejjez kollha u x-xoghol kollu li dan ikun ghamel, flimkien ma' somma li tigi fissata mill-Qorti skond ic-cirkustanzi, li ma ghandhiex pero' tkun tissupera l-profitti li l-appaltatur seta' rrikava mill-appalt kieku ezegwieh.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info