Referenza: Volum 37A (1953), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 28

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/01/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
NUTAR DR. ROSARIO FRENDO RANDON ET. vs AGATA BARBARA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"OFFICE OF EMOLUMENT" - AGENT TAL-LOTTERIJA NAZZJONALI - ART. 5 TA' L-ATT XXVI TA' L-1948 - ART. 7 (1) (F) TAL-MALTA CONSTITUTION LETTERS PATENT TA' L-1947 - ASSEMBLEA LEGISLATIVA - ATT XXXI TA' L-1948 - DEKADENZA - DIRETTUR TAL-LOTTU PUBLIKU - ELEZZJONIJIET - KOLLETTUR TAT-TAXXI
Fil-Qosor
Ebda persuna ma tista' tigi eletta bhala membru ta' l-Assemblea Legislativa, jew, wara li tkun giethekk eletta, tkompli toqghod u tivvota fl-Assemblea Legislativa, jekk ikollha xi ufficcju ta' qlieghtaht il-Gvern ta' Malta. Skond l-Att dwar il-Lotterija Nazzjonali, il-Kollettur tat-Taxxi ghandu dritt jinnomina agenti ghal kull lotterija. Fost il-Poteri tal-Kollettur tat-Taxxi li gew trasferitilid-Direttur tal-Lottu Publiku bl-emenda li saret in segwitu lill-Att dwar il-Lotterija Nazzjonali,ma hix kompriza l-fakolta' li jinnomina agenti ghal-Lotterija; u ghalhekk, in-nomina ta' agent tal-Lotterija Nazzjonali maghmulin mid-Direttur tal-Lottu Publiku ma hix maghmula validament. L-espressjoni "office of emolument under the Crown" li tirrikorri fl-iskwalifika parlamentari fuq imsemmija, ma tolqotx l-impjegi li jkunu ta' natura okkazjonali, izda lil dawk il-persuni li jokkupaw karika publika; u l-kelma "emolument" tfisser ir-rimunerazzjoni inerenti ma' l-okkupazzjoni ta' karika publikapartikulari. Ghaldaqstant, in-nomina ta' agent tal-Lotterija Nazzjonali ma taqax taht l-iskwalifika parlamentari fuq imsemmija, anki jekk dik in-nomina hija maghmula validament, u l-"emolument" fihakontemplat ma japplikax ghall-qliegh kazwali u problematiku li jista' jsir mill-bejgh sporadiku ta'biljetti tal-Lotterija Nazzjonali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni