Referenza: Volum 39E (1955), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1064

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/06/1955
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs FORTUNATA QUINTON
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"HOUSE" - APPARTAMENTI - ART. 108 TAL-KAP. 13 - KERREJJA
Fil-Qosor
Id-dispozizzjoni tal-ligi li tobliga lid-diversi inkwilini ta' kerrejja li jzommu ndaf il-partijietkomuni tal-kerrejja mhix applikabbli fil-kaz ta' "flats"; billi l-kelma "house" adoperata fil-ligi ma tistax tigi nterpretata fis-sens li tikkomprendi anki l-"flats". Dana pero', mhux ghaliex, meta saret il-ligi u giet uzata l-kelma "house", ma kienux jezistu "flats"; billi l-ligi ma tistax tigi immobilizzata b'dan il-mod fl-operazzjoni taghha. Taht dispoizzjoni ta' ligi maghmula zmien qabel jistghu, man mano li jghaddi z-zmien, jaqghu ipotesijiet ohra ta' fatt, avvolja godda u inezistenti fiz-zmien tal-promulgazzjoni tal-ligi; pero' b'din il-limitazzjoni, li ma jistghux jaqghu taht il-ligiipotesijiet ta' fatt godda u inezistenti fiz-zmien meta saret l-ligi; jekk ikun ragjonevolment car li, kieku l-legislatur kellu quddiemu dawk l-ipotesijiet ta' fatt godda, ma kienx jolqothom b'dik id-dispozizzjoni. Imma mid-definizzjoni li tal-kelma "house" tinghata mil-ligi fl-"interpretation clause" ma jistax jinghad li s-sinifikat tal-kelma "house" jista' jigi estiz ghall-"flats". Il-kaz ta'"flats" hu "casus omissus", li jehtieg rimedju " in lege ferende".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni