Reference: Volume 33C (1947), Part No. 2, Section , Page 88

Judgement Details


Date
30/08/1947
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
GIOVANNI BUGEJA ET. vs ROSARIA VELLA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 950 U 1366 TAL-KODICI CIVILI - KOMUNJONI TA' L-AKKWISTI - LICITAZZJONI - TIENI JEW POSTERJURI ZWIEG
Summary
Il-presunzjoni stabbilita fl-art. 950 tal-Kodici Civili, fis-sens illi dak kollu illi fil-ftuh tas-successjoni ta' persuna li tkun halliet tfal jew dixxendenti ohra minn zewg zwiegijiet jew izjed jinsab fl-assi taghha, jitqies, fl-interess tat-tifel jew dixxendenti taz-zwieg ta' qabel, li kien jezisti f'dak l-assi minn qabel ma sar iz-zwieg ta' wara, meta ma jkunx pruvat il-kuntrarju per mezz ta'inventarju li jkun gie maghmul qabel iz-zwieg ta' wara bil-mod kif ighid il-Kodici tal-Pricedura Civili, jew b'mezzi ohra, hija ntiza biex tipprotegi t-tfal ta' l-ewwel jew precedenti zwieg, mhux bissmit-tfal ta' l-ahhar jew posterjuzi zwieg, imma anki fil-konfronti ta' l-... jista' javvantaggja jew tista' tavvantaggja lill-persuna li maghha jkun sar iz-zwieg ta' wara. Imma din il-prezunzjoni ghandha tigi konciljata ma' l-ohra stabbilita fl-art. 1366 tal-Kodici Civili, li tghid li kull ma jippossjedu z-zewg mizzewgin, fl-assenza ta' provi kuntrarji, huwa prezunt li jidhol fl-akkwisti taghhom. Imma dawn iz-zewg prezunzjonijiet huma t-tnejn "juris tantum", u ghalhekk hija kwistjoni ta' provi jekk dak li jkun halla, f'kazijiet simili, dak jew dik li ghadda jew ghaddiet ghal zewg posterjurijappartienix lilu jew lilha inkella lill-komunjoni ta' l-akkwisti ta' l-ahhar zwieg. Huwa minnu lil-legittimarju ghandu dritt ghal-legittima minn kollox, cjoe' minn dak kollu li jezisti fil-patrimonju tad-decujus; imma dan mhux possibbli li jsir meta ma jkunx hemm fl-assi affarijiet jew beni bizzejjed ta' kull xorta. U ghalhekk l-assenjazzjoni tal-legittima f'kazijiet simili ssir b'mod prattiku li tipproponi l-Qorti; salv r-rikors ghal-licitazzjoni, jekk lanqas dan ma jirnexxi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info