Referenza: Volum 81 (1997), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 114

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/02/1997
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs JOHN GAUCI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPROPRJAZZJONI INDEBITA
Fil-Qosor
Minn ezami ta' l-artikolu 293 tal-Kodici Kriminali jidher car li wiehed mill-elementi essenzjali ta'l-approprjazzjoni indebita huwa kostitwit mill-frazi: "... taht titolu illi jgib miehu l-obbligu ... li jsir uzu minnha specifikat ...". Specifikat minn min? Ovvjament minn min ikun ikkonsenja l-haga lill-agent u minn hadd izjed. Hija l-persuna li tikkonsenja l-haga u hadd hliefha li jkollha jedd timponi l-obbligu ossia tispecifika lill-agent dwar kif ikollu jaghmel uzu mill-oggett ikkonsenjatlilu minnha. Jekk il-konsenjatur jaghti flus lill-agent biex dan bihom jixtrilu dar, l-agent jikkommetti r-reat ta' approprjazzjoni indebita jekk minflok jaghtihom karita'. Jekk il-konsejatur jaghti flus lill-agent biex dan jixtrihom armi bi skop ta' serq, l-agent ikun approprja ruhu mill-flus indebitament jekk jaghtihom karita', apparti l-kwistjoni tal-moralita'. Jekk jixtrihom armi, allura l-agent ikun ghamel uzu mill-flus kif specifikat. F'kull kaz, fl-indagini dwar il-htija jew le ta' approprjazzjoni indebita, ghandha ssir prova ta' l-uzu tal-haga specifikata mill-konsenjatur u provata' jekk l-agent ikunx ghamel mill-haga dak l-uzu jew uzu divers.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni