Reference: Volume 81 (1997), Part No. 4, Section , Page 178

Judgement Details


Date
19/05/1997
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs CARMELINA BRADDICK SOUTHGATE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ASSENZA TA` IMPUTAT MILL-QORTI - PRESKRIZZJONI
Summary
Il-preskrizzjoni tiddermina l-meritu tal-kawza u l-liberazzjoni ssegwi minn tali preskrizzjoni hi decizjoni ta' liberazzjoni bhal decizjoni ta' liberazzjoni bbazata fuq nuqqas ta' provi. Meta l-imputat jibqa' ma jidhirx, ma tistax titqanqal ebda kwistjoni ta' preskrizzjoni, anqas mill-Qorti ex officio. Decizjoni rigward preskrizzjoni ma tistax, fis-sistema taghna, tinghata minn Qorti ta' Prim'Istanza fl-assenza ta' l-imputat jew akkuzat (hlief fil-kazijiet ikkontemplati fl-artikoli 374 (b) u 524 tal-Kodici Kriminali). Skond gurisprudenza kostanti ta' din il-Qorti l-assenza ta' l-imputat jewta' l-akkuzat mill-Qorti fil-gurnata li tinghata s-sentenza, hlief fil-kaz meta jkunu applikabbli d-disposizzjonijiet ta' l-artikoli 374 (b) u 524, iggib bhala konsegwenza l-inezistenza totali kemm tas-sentenza appellata kif ukoll tas-smigh tal-kawza li ppreceda u ddetermina dik is-sentenza. Dan il-principju japplika biss meta jkun hemm "smigh" tal-kawza u mhux meta l-imputat qatt ma jkun deheril-Qorti. Altrimenti jkun ifisser li Qorti tkun tista' tiddecidi l-kawza u tillibera jew issib htija minghajr ma taghti liz-zewg partijiet fil-kawza l-opportunita' li jipprezentaw il-kaz taghhom. F'din is-sentenza, il-Qorti ta' l-Appell Kriminali osservat li l-fatt li l-Ewwel qorti ma tatx l-opportunita' lill-prosekuzzjoni li ggib il-prova ta' l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni skond l-artikolu 693 (1) (2) tal-Kodici Kriminali kien zball.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info